Din il-ġimgħa, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta niedet l-esibizzjoni Valletta 2018: A Legacy f’Dar Malta fi Brussell. L-esibizzjoni, li tesplora l-impatt kulturali, soċjali u ekonomiku tal- Belt Valletta bħala Kapitali Ewropea…
L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ħabbret bosta programmi u inizjattivi ġodda filwaqt li sellmet lil diversi artisti straordinarji li ħadmu magħha, f’għeluq il-ħames anniversarju mit-twaqqif tagħha.
Aktar kmieni llum, il-Perit Vincent Cassar, ippreżenta uffiċjalment liċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef bil-plakek taż-żewġ unuri li l-Valletta Design Cluster rebaħ waqt l-MASP Awards, attività organizzata mill-Awtorità tal-Ippjanar.…
L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ppubblikat rapport maħruġ mill-KPMG li jħares lejn l-impatt li ħalliet Valletta 2018, il-Kapitali Ewropea tal-Kultura. L-eżitu tar-rapport tħabbar illum waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret ġewwa l-MUŻA.