L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u Spazju Kreattiv joffru programm ta’ residenza matul is-sena kollha lil kreattivi bbażati barra minn Malta.

Il-programm huwa miftuħ għal prattikanti mill-oqsma kreattivi kollha biex iqattgħu massimu ta’ erba’ ġimgħat fil-Valletta Design Cluster għal suġġetti ta’ riċerka li se jitħabbru f’sejħa għall-applikazzjonijiet annwali, b’approċċ ibbażat fuq il-komunità.

Il-programm huwa opportunità tajba għal dawk il-kreattivi li huma interessati li japplikaw il-prattika tagħhom għal suġġetti ta’ riċerka relatati ma’ Malta u l-karatteristiċi tagħha. Il-Valletta Design Cluster se jkun l-ispazju li jospita r-residenti matul iż-żjara tagħhom billi jipprovdi akkomodazzjoni, spazju tax-xogħol u konnessjonijiet man-netwerks lokali. 

Tgħallem aktar dwar il-Faċilitajiet tal-Valletta Design Cluster. Din is-sejħa tinfetaħ darba fis-sena u tkun inkluża fuq din il-paġna. 

Għal aktar tagħrif dwar Spazju Kreattiv żur: https://www.kreattivita.org/

Spazju Kreattiv