Ulysses Shelter 3 Spring

Valletta Design Cluster

Building Literary Residencies Network huwa proġett ta’ skambju ta’ residenza għall-kittieba kofinanzjat mill-programm Ewropa Kreattiva 2021-2027 u mmexxi lokalment minn Inizjamed.

Il-programm ta’ residenza jagħti lill-awturi emerġenti fil-proża, il-poeżija, it-traduzzjoni u l-kitba ta’ skripts l-opportunità li jaħdmu, iwettqu u jippreżentaw lilhom infushom f’seba’ pajjiżi Ewropej. Kull residenza se tkun akkumpanjata minn programm divers ta’ attivitajiet relatati mal-letteratura bħal qari letterarji, workshops u festivals. Il-Valletta Design Cluster se jkun qed jikkollabora ma’ Inizjamed billi jospita lil Esyllt Angharad Lewis u Ruqaya Izzidien għal ġimagħtejn kull wieħed fir-rebbiegħa tal-2023, filwaqt li jinvolvi ruħu mal-komunitajiet kreattivi lokali fil-Belt Valletta kif ukoll madwar il-gżira.