• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta timmarka l-ħames sena mit-twaqqif tagħha

F’għeluq il-ħames snin mit-twaqqif tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici sellem il-ħidma li twettqet bħala parti mill-legat kulturali tal-Fondazzjoni Valletta 2018 u saħaq li bis-saħħa tal-kultura rajna u qed inkomplu naraw riġenerazzjoni kulturali, soċjali u ekonomika tal-Belt Valletta.

Sa mit-twaqqif tagħha ħames snin ilu, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta rebħet diversi unuri prestiġjużi kemm għall-programmi tagħha kif ukoll għall-Valletta Design Cluster, binja ta’ żmien il-Kavallieri magħrufa bħala l-Biċċerija l-Antika, li rebħet il-Malta Architecture and Spatial Planning Awards u l-Premio Concorso City Brand and Tourism Landscape Award minn Paysage Topscape, kif ukoll diversi unuri oħra.

Fost l-attivitajiet li ttella’ l-Aġenzija hemm il-Valletta Green Festival, il-Valletta Pageant of the Seas, Opera in the Capital, il-Valletta Local Food Festival, il-programm Christmas in the Capital u l-Avveniment Nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena.

Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef semma kif l-Aġenzija għandha rwol kruċjali fir-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta. Huwa sostna li permezz tal-avvenimenti li ttella’ l-Aġenzija qed tkompli tagħti l-ħajja lill-belt kapitali ta’ pajjiżna.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ingħatat ħarsa wkoll lejn l-attivitajiet li jmiss bħala parti mill-programm kulturali tal-Aġenzija.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija, Catherine Tabone, spjegat kif il-programm kulturali tal-Aġenzija jvarja minn esibizzjonijiet ta’ arti viżiva, kunċerti ta’ daqs kbir u medju u avvenimenti għall-familja, kif ukoll programmi mmirati għal udjenza żgħira u workshops. “Dan kollu jibni fuq diversi kollaborazzjonijiet kulturali kemm internazzjonali kif ukoll lokali li l-Aġenzija kkultivat matul is-snin,” spjegat is-Sa Tabone.

Fl-okkażjoni tal-maltabiennale.art 2024, l-Aġenzija se tfakkar lil Ray Mahoney, ġgant fil-mużika u l-poeżija Maltija, permezz ta’ kunċert li se jittella’ fit-28 ta’ April.

Din is-sena taħbat ukoll l-10 edizzjoni tal-Valletta Green Festival li matulu Pjazza San Ġorġ se tinbidel fi ġnien mill-isbaħ bejn it-3 u t-12 ta’ Mejju.

Fit-22 ta’ Ġunju jirritorna għall-ħames darba l-Valletta Pageant of the Seas, avveniment li jittella’ kull sentejn fil-Port il-Kbir. Għal dan l-avveniment bla ħlas jattendu eluf ta’ nies sabiex ikunu jistgħu jsegwu mill-qrib dan l-ispettaklu li jinvolvi attivitajiet fuq il-baħar u logħob tan-nar tal-ogħla livell.

Fit-30 ta’ Awwissu, fi Pjazza San Ġorġ, se jerġa’ jittella’ Opera in the Capital bis-sehem ta’ tenuri u kantanti Maltin ta’ fama internazzjonali.

Bejn is-17 u d-19 ta’ Ottubru se jkun qed jirritorna għat-tielet darba konsekuttiva l-Valletta Local Food Festival – avveniment li jiġbor flimkien kokijiet u artiġjani lokali li joffru lill-pubbliku festa kulinari Maltija, b’tisjir u għarfien siewi dwar it-tħejjija ta’ platti rinomati bħall-kwareżimal, il-Vallettani, il-Biskuttini tar-Raħal, soppa tal-armla u platti oħra, kollha maħdumin b’ingredjenti friski ta’ oriġini lokali.

F’Diċembru, ma jonqosx il-programm ta’ attivitajiet tal-Milied kif ukoll iċ-ċelebrazzjonijiet popolari li se jerġgħu jittellgħu għal darb’oħra bla ħlas Lejlet l-Ewwel tas-Sena fi Pjazza San Ġorġ.

Għal aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u l-Programm Kulturali tagħha żur vca.gov.mt/mt/events u l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija.​​

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.