Nilqgħuk għal FiftySix, serje ta’ diskussjonijiet ta’ kull xahar organizzata b’mod konġunt mill-Golden Glitch u l-Valletta Design Cluster. Dan l-avveniment uniku jlaqqa’ flimkien id-disinjaturi, il-produtturi u d-dilettanti tad-disinn biex jesploraw u jiddiskutu prattiki u proġetti tad-disinn kontemporanji.

Kull attività ta’ FiftySix issir kull xahar nhar ta’ Erbgħa f’inżul ix-xemx fil-Foyer tal-Valletta Design Cluster. Il-format jikkonsisti minn żewġ disinjaturi, fejn kull wieħed minnhom se jkollu 14-il minuta biex jippreżenta l-proġetti tiegħu, u wara jkun hemm sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet ta’ 14-il minuta. F’56 minuta biss, se tkun involut f’esperjenza konċiża u ffukata li trawwem diskussjonijiet sinifikanti.

Apparti t-taħditiet, FiftySix toffri opportunità imprezzabbli biex tibni relazzjonijiet. Wara l-preżentazzjonijiet, ikun hemm sessjoni ta’ netwerking vibranti, li tipprovdi pjattaforma għall-parteċipanti biex jinvolvu ruħhom, jiskambjaw ideat, u jrawmu kollaborazzjonijiet ġodda.

Fiftysix jagħmel ensfasi fuq il-qosor u ċ-ċarezza, kif issimbolizzat b’ismu, li jirrifletti l-importanza tar-rakkontar effettiv tal-istejjer u t-twassil tal-idea b’impatt.

Kemm jekk int disinjatur, persuna kreattiva, jaffaxxinak id-disinn, student, jew professjonist, FiftySix tilqagħkom biex tinvolvu ruħkom fil-prattiki u l-proġetti tad-disinn kontemporanju. Dan huwa spazju fejn titrawwem l-għaqda, l-għarfien jiġi kondiviż, u tifjorixxi l-ispirazzjoni fost individwi tal-istess fehma.

Ingħaqad magħna f’FiftySix għal lejla ta’ esplorazzjoni tad-disinn li jipprovoka l-ħsieb, fejn proġetti innovattivi u konversazzjonijiet ta’ ispirazzjoni huma l-qofol ta’ kollox.

Ibqa’ aġġornat għal aġġornamenti dwar l-avvenimenti u l-kelliema li ġejjin, u kun parti mid-djalogu kreattiv dejjem jikber.