Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità

Din id-dikjarazzjoni tapplika għas-sit web uffiċjali tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u ġiet aġġornata l-aħħar fl-20 ta’ Jannar 2022.

Status ta' Konformità

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta hija kommessa li tagħmel is-servizzi onlajn tagħha aċċessibbli għal kulħadd. Aħna dedikati li b’mod kontinwu ntejbu l-aċċessibilità tas-servizzi tagħna. Nagħmlu dan billi nadottaw l-aħjar prattiki kif ikkomunikati mill-partijiet interessati, bħall-FITA u l-utenti.

Proċess ta' Konformità

Is-sit web tagħna huwa mfassal biex jaħdem mal-aktar browsers riċenti bħal Edge, Safari, Firefox u Chrome. 

Bħala parti minn dan l-isforz, aħna nżommu mal-linji gwida standard EN310549 u WCAG2.1 tal-aċċessibilità. Ir-riżorsi u l-formoli onlajn tagħna jiġu evalwati kemm manwalment kif ukoll b’mod programmatiku għal konformità mal-linji gwida WCAG 2.1 Livell AA. Is-sit web tagħna huwa mfassal biex jaħdem tajjeb u jkun aċċessibbli meta jiġi aċċessat bi prodotti tal-hardware u tas-software aġġornati kif xieraq.

Barra minn hekk, filwaqt li nirrikonoxxu li l-konformità mal-istandards u l-linji gwida waħedha ma tistax tiżgura li l-prodott huwa aċċessibbli, aħna nwettqu wkoll evalwazzjonijiet tal-użu b’kollaborazzjoni mal-utenti, sabiex niġbru r-rispons meħtieġ. Aħna nistinkaw ukoll biex nimplimentaw l-aċċessibilità għal mezzi ta’ informazzjoni li jiġu pprovduti permezz ta’ pjattformi oħrajn kull fejn possibbli, bħall-midja soċjali.

Miżuri ta' Aċċessibilità

Is-sit web tagħna ma jiddependix fuq widgets tat-tipa, tal-ingrandiment u ta’ modifikazzjoni tal-kuluri. Dan għaliex funzjonalitajiet bħal dawn huma diġà integrati f’ħafna mill-web browsers u huma disponibbli permezz ta’ add-ons u plugins differenti li utenti differenti huma liberi li jippersonalizzaw skont il-ħtiġijiet tagħhom. Sabiex nippermettu dan il-livell ta’ personalizzazzjoni, aħna nfittxu li nimmassimizzaw il-kompatibilità ma’ dawn il-modifikazzjonijiet tal-utent.

Bħala parti minn, u flimkien mal-linji gwida msemmija hawn fuq, is-sit web tagħna jimplimenta l-karatteristiċi ta’ aċċessibilità li ġejjin:

  1. Tinżamm ġerarkija ta’ HTML Heading u tqassim ta’ informazzjoni konsistenti f’paġni tal-web differenti.
  2. Il-kontenut tal-informazzjoni jiġi organizzat f’listi tal-HTML kull fejn hu applikabbli.
  3. L-icon tal-pointer tal-mouse tinbidel meta timxi fuq link permezz tal-funzjonalità tal-Browser.
  4. Jiżdiedu t-titlu tal-istampa, l-alt tag u l-caption kull fejn din l-informazzjoni hija rilevanti u utli.
  5. Jiġi mmassimizzat il-kuntrast tal-kulur tat-test fejn applikabbli.
  6. It-test tal-ħolqa attwali jkun deskrittiv biżżejjed biex jinforma lill-utenti fejn tieħdok il-ħolqa.
  7. Jiġu implimentati l-ħoloq esterni kollha sabiex dawn jinfetħu f’tabs tal-browser ġodda.

Kontenut Inaċċessibbli

M’aħniex konxji ta’ kontenut inaċċessibbli speċifiku jew kwistjonijiet ta’ aċċessibbilità fuq is-sit web tagħna. Jekk tidentifika tali kontenut, jekk jogħġbok agħmel kuntatt magħna permezz tad-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti hawn taħt. Jekk jinqala’ każ bħal dan, l-għan tagħna huwa li ninvestigaw il-kwistjoni bil-għan li tiġi identifikata l-kwistjoni tal-aċċessibilità u l-parti affettwata tiġi f’konformità.

Feedback u Dettalji ta' Kuntatt

Huwa inevitabbli li xi darba jkun hemm xi diffikultà. Iktar kemm inpoġġu servizzi u riżorsi onlajn, iżjed hemm iċ-ċans li jaħarbulna xi problemi, iżda aħna nibqgħu kommessi li nindirizzaw kwalunkwe problema ta’ aċċess mill-aktar fis. U dan huwa fejn nixtiequ l-għajnuna tiegħek. Jekk tesperjenza xi diffikultà sabiex taċċessa s-sit web tagħna, jew qed ikollok xi problema sabiex tuża xi aspett tas-sit web, aħna nixtiequ li tinfurmana.

Tista’ tagħmel kuntatt magħna billi tibgħatilna email fuq info@vca.gov.mt.

Proċedura ta' Infurzar

L-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni (MCA) hija l-entità responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku. F’każ li l-mistoqsija tiegħek relatata mal-aċesssibbiltà tal-ICT ma tiġix indirizzata, jew tixtieq tressaq ilment formali, tista’ tagħmel dan billi tikkuntattja lill-MCA billi timla l-formola tal-ilmenti onlajn.

Ħoloq Importanti