Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar żewġ kunċerti f’pajjiżna mit-tenur ta’ fama mondjali José Cura.
Bħala parti mill- Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, l-iStrada Stretta Concept qed jorganizza l-ewwel avveniment tiegħu tas-sena: So you thought you knew Sammy... ... The Unknown Sammy Murgo.
B’dispjaċir inħabbru li l-Kunċert ‘Lieder’ li kien ippjanat għal għada filgħaxija kellu jitħassar minħabba raġunijiet marbuta mas-saħħa tas-sopran Tatiana Lisnic. Dawk li xtraw il-biljetti se jingħataw il-flus lura.
Il-band popolari SterjoTipi se jkunu qed iddoqqu fil-Belt Valletta nhar it-Tlieta 22 ta’ Diċembru fl-4.30pm, bħala parti mill-Programm tal-Milied fil-Belt.
L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tkompli l-programm tagħha Christmas in the City b’kunċert ta’ Red Electrick fil-Belt Valletta.