• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Become a Member
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

SterjoTipi b’kunċert fil-Belt Valletta

Il-band popolari SterjoTipi se jkunu qed iddoqqu fil-Belt Valletta nhar it-Tlieta 22 ta’ Diċembru fl-4.30pm, bħala parti mill-Programm tal-Milied fil-Belt.

Organizzat mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, dan l-avveniment se jinkludi t-tnedija tal-kanzunetta l-ġdida ta’ SterjoTipi għall-Milied 2020, Oażi.

Bħala parti mill-kunċert ta’ sagħtejn li se jsir fi Pjazza Assedju l-Kbir (quddiem il-Qorti), se jindaqqu bosta kanzunetti popolari ta’ SterjoTipi fosthom; BELTi, Tabib, Ħajja ta’ Xejn, Int u Jien, Mostri, u URINI. Iffurmata f’Ottubru 2017, SterjoTipi hija band magħrufa għall-kanzunetti bil-Malti, li ilha fix-xena mużikali Maltija għal madwar għaxar snin. Il-band hija magħmula minn Mark M Costa [front man u keyboardist], Stefan Grech [lead guitarist], Roderick Borg [drummer] u Gabrijel Mansueto [bass guitarist u backing vocals]. Kanzunetti popolari bħal ‘Belti’, ‘Int u Jien’, ‘Mostri’ u ‘Urini’ laħqu mat-300,000 view fuq YouTube u l-band kontinwament tidher fiċ-charts tal-mużika Maltija.

SterjoTipi bħalissa jinsabu f’fażi ta’ kitba ta’ kanzunetti u se joħorġu diversi numri ġodda fl-2021. Huma qed jippjanaw li jniedu album ġdid fiż-żmien li ġej.

Żur [il-paġna ta’ Facebook](https://www.facebook.com/vallettaculturalagency) jew il-websajt tal-aġenzija (www.vca.gov.mt) għall-programm sħiħ.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo