• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Become a Member
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

So you thought you knew Sammy…

Bħala parti mill- Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, l-iStrada Stretta Concept qed jorganizza l-ewwel avveniment tiegħu tas-sena: So you thought you knew Sammy... ... The Unknown Sammy Murgo.

Bħala parti mill- Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, l-iStrada Stretta Concept qed jorganizza l-ewwel avveniment tiegħu tas-sena: So you thought you knew Sammy… … The Unknown Sammy Murgo.

L-avveniment se jsir fil-21 ta’ Jannar 2021 fit-20:00 fi The Splendid fi Strada Stretta fil-Belt Valletta. F’dan l-avveniment se jkun hemm il-kwartett ta’ Sammy Murgo jagħti l-ħajja lit-triq bil-mużika jazz live.

B’dan l-avveniment, id-Direttur Artistiku ta’ The Strada Stretta Concept, Giuseppe Schembri Bonaci, jittama li jpoġġi l-attenzjoni fuq Sammy Murgo li għalkemm huwa ikona, mhux iċċelebrat biżejjed. Murgo ilu preżenti fix-xena lokali tal-jazz mis-snin ħamsin u daqq fi klabbs leġġendarji lokali bħal The Kenner Club u il-Café Premier fl-aqwa tagħhom. Daqq ma’ tliet ġenerazzjonijiet ta’ mużiċisti lokali u daqq ukoll mal-kompożitur famuż Malti, Charles Camilleri. Madankollu, minkejja li kellu karriera illustri bħal din, kif ukoll kiseb rispett minn sħabu, Murgo għażel li jiddedika purament l-attenzjoni tiegħu għall-mużika nnifisha minflok jiffoka fuq il-fama.

Il-kwartett jikkonsisti f’Sammy Murgo fuq is-sassofonu, Mario Aquilina ‘Il-Cocker’ fuq il-kuntrabaxx, Noel Grech fuq il-perkussjoni u Gregory Camilleri fuq il-pjanu. Il-Kwartett se jkun qed jagħti eżekuzzjoni ta’ siltiet klassiċi jazz u swing għal udjenza limitata. Il-kunċert bla dubju ser jittrasporta lill-udjenza lura fiż-żmien u jġiegħel lil kulħadd jiċċaqlaq.

Id-dħul għall-avveniment huwa b’xejn iżda huwa essenzjali li tibbukkja bil-quddiem billi tibgħat messaġġ privat lill-paġna ta’ Facebook The Strada Stretta Concept, jew ibgħat email lil emma.borg@vca.gov.mt. Minħabba r-restrizzjonijiet biex nikkumbattu l-imxija tal-Covid 19, il-postijiet huma limitati ħafna iżda l-avveniment se jkun trasmess fuq il-paġna tal-Facebook The Strada Stretta Concept. Dawk kollha li jattendu għandhom jibqgħu bilqiegħda u jilbsu maskra l-ħin kollu. Aktar informazzjoni tinstab fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ The Strada Stretta Concept u s-sit elettroniku tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo