• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
Photo Credits: Matthew Spiteri

Tħabbar ir-ritorn tal-Valletta Local Food Festival 2023

Il-Valletta Local Food Festival 2023 jiġbor flimkien kokijiet lokali u artiġjani fejn se joffru lill-pubbliku festa kulinari Maltija

Festa Kulinari Maltija

Il-Valletta Local Food Festival ser jittella’ bejn il-5 u s-7 ta’ Ottubru 2023 fil-Valletta Design Cluster. Dan il-festival jiġbor flimkien kokijiet lokali u artiġjani fejn se joffru lill-pubbliku festa kulinari Maltija.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li din iċ-ċelebrazzjoni annwali tal-wirt kulinari għani Malti toffri esperjenza gastronomika u kulturali indimentikabbli lil dawk kollha li jattendu.

“Dan il-festival jipprovdi wkoll pjattaforma għall-artiġjani lokali biex juru l-ħiliet tagħhom fl-ambjent sabiħ tal-Belt Valletta. Kommessi li nkomplu naħdmu biex dan il-festival ikun ta’ suċċess. L-għan ewlieni jibqa’ biex inrawmu fil-ħajja tan-nies il-kuxjenza u l-apprezzament għall-identità u l-kultura Maltija u li nħaddnu dak li jsawwarna,” sostna l-Ministru Bonnici.

 

A photo showing Culture Minister Owen Bonnici together with Valletta Local Food Festival Artistic Director Charles Bone
Il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici flimkien mad-Direttur Artistiku tal-Valletta Local Food Festival Charles Bone

 

Min-naħa tiegħu, iċ-Chairperson tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef qal, “Il-Valletta Local Food Festival mhuwiex biss avveniment kulinarju; huwa ċelebrazzjoni tal-identità ta’ gżiritna u r-rabta profonda bejn l-ikel, il-kultura, u l-komunità.”

Dr Gavin Gulia, Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, qal li t-turiżmu b’mod ġenerali m’għadux ikkaratterizzat mill-istaġjonalità u l-fatt li jiġu organizzati festivals bħal Valletta Local Food Festival, li jiġi organizzat f’Ottubru b’mod parallel ma’ Notte Bianca, ikompli jattira aktar turisti sabiex iżuru pajjiżna u jgawdu l-kultura u l-ikel lokali.

 

A photo showing Valletta Cultural Agency Chairman Jason Micallef adressing the launch of the Valletta Local Food Festival 2023
Ic-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef, jindirizza lill-mezzi tal-aħbarijiet dwar il-Valletta Local Food Festival 2023

 

Min-naħa tiegħu, id-Direttur Artistiku tal-Valletta Local Food Festival Charles Bone qal; “Nistiednu lil kulħadd biex jingħaqad magħna għal esperjenza indimentikabbli ta’ togħmiet u aromi, b’menù varjat li diversi kokijiet professjonali Maltin qed joffru bħala parti mit-tieni edizzjoni tal-festival”.

Il-kok rinomat Renato Briffa se jkun ukoll preżenti waqt l-avveniment b’dimostrazzjonijiet ta’ tisjir u għarfien siewi dwar it-tħejjija ta’ platti rinomati bħall-kwareżimal, il-Vallettani, il-Biskuttini tar-Raħal, u pasti oħra, kollha maħdumin b’ingredjenti friski ta’ oriġini lokali. Il-festival se jkollu wkoll firxa  ta’ birra artiġġjanali Maltija.

Dan l-avveniment huwa organizzat mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA) u appoġġjat minn Visit Malta. Għal aktar informazzjoni żur l-paġna ta’ Facebook tal-VCA.​

 

A photo showing the speakers during a press launch at the Valletta Design Cluster
Bambaloni (doughnuts), Vallettani u Kwareżimal, li wieħed jista jsib waqt il-Valletta Local Food Festival 2023

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo