Il-Libertà tal-Informazzjoni

Tista’ tniżżel l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni minn hawn.

Deskrizzjoni ġenerali tal-kategoriji ta’ dokumenti miżmumin mid-dipartiment/id-direttorat/l-entità (inklużi dokumenti eżentati)

  • Fajls u dokumenti li għandhom x’jaqsmu ma’ postijiet tax-xogħol vakanti;
  • Fajls u dokumenti dwar il-politiki u r-regolamenti tar-Riżorsi Umani;
  • Fajls u dokumenti marbuta ma’ kuntratti ta’ xogħol u kuntratti għal servizz;
  • Fajls u dokumenti marbuta ma’ poloz tal-assigurazzjoni u servizzi oħrajn;
  • Fajls u dokumenti marbuta mal-Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni Valletta 2018;
  • Kuntratti għal Servizz;
  • Formoli ta’ kunsens;
  • Sejħiet miftuħa;
  • Dokumenti tal-ksib;
  • Il-baġit u kontijiet marbuta ma’ proġetti speċifiċi;
  • Data miġbura permezz ta’ sondaġġi u intervisti, gruppi ta’ ħidma;
  • Ftehimiet ta’ kollaborazzjoni;
  • Il-linji gwida tal-identità viżiva tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Deskrizzjoni tal-manwali u d-dokumenti simili kollha li jinkludu politiki, prinċipji, regoli u linji gwida bi qbil mad-deċiżjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet magħmula rigward membri tal-pubbliku (inkluż korpi korporattivi u impjegati tal-awtorità pubblika fil-kapaċità personali tagħhom)

  • Il-Kodiċi dwar l-Immaniġġjar tas-Servizz Pubbliku;
  • Il-Manwal tal-Gvern dwar Politiki u Proċeduri tar-Riżorsi;
  • Il-Manwal tal-Gvern dwar l-Allowances;
  • Il-Manwal tal-Gvern dwar il-Liv Speċjali;
  • Il-Manwal tal-Gvern dwar il-Miżuri ta’ Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja.

Stqarrija dwar l-informazzjoni li għandha tkun disponibbli għall-membri tal-pubbliku li jixtiequ jiksbu aċċess għal dokumenti uffiċjali minn awtorità pubblika, liema stqarrija għandha tinkludi d-dettalji tal-uffiċjal jew uffiċjali li lilhom għandhom jintbagħtu t-talbiet għal dan it-tip ta’ aċċess:

FOI Officer
Exchange Buildings,
Republic Street,
Valletta, VLT 1117
 

Dettalji dwar il-Proċedura Interna tal-Ilmenti

Applikant li t-talba għall-informazzjoni tiegħu ġiet miċħuda, jew li mhuwiex sodisfatt bl-informazzjoni pprovduta, il-format tagħha jew l-estensjoni tad-data tal-għeluq għat-tfigħ tal-avviż li jindika jekk it-talba ġietx milqugħa jew le, jista’ jindirizza l-ilment tiegħu lill-indirizz tal-FOI: foi@vca.gov.mt

L-ilmenti jistgħu jintbagħtu f’email, jew permezz tal-portal tal-FOI foi.gov.mt.

Dan l-ilment għandu jkun indirizzat lill-Uffiċjal tal-FOI tal-Awtorità Pubblika. L-uffiċjal responsabbli għandu jibgħat risposta lill-applikant fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol mid-data li fiha jasal l-ilment. L-applikant għandu jkun infurmat ukoll li hu jew hi t/jista’ t/jappella d-deċiżjoni jew inkella t/jindirizza lment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data bi qbil mal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Kap. 496 tal-Liġijiet ta’ Malta).

L-uffiċjal responsabbli għandu jinforma lill-applikant bid-deċiżjoni li ttieħdet rigward l-ilment tiegħu jew tagħha, u f’każ ta’ konferma ta’ deċiżjoni li ma tkunx rilaxxata l-informazzjoni rilevanti, għandu jispjega r-raġunijiet għalfejn. Meta l-ilment tal-applikant ikun marbut mal-format tal-informazzjoni pprovduta jew mal-estensjoni tad-data tal-għeluq għat-tfigħ tal-avviż li jindika jekk it-talba hux se tintlaqa’ jew le mill-Awtorità Pubblika u d-deċiżjoni oriġinali milqugħa, l-applikant għandu jingħata spjegazzjoni dwar għaliex l-ilment tiegħu jew tagħha ma jistax jiġi indirizzat b’mod pożittiv.

Applikant jista’ wkoll jagħmel użu mill-Proċedura Interna tal-Ilmenti biex jirrapporta nuqqas fiż-żamma mad-data tal-għeluq jew fil-ħruġ tal-avviżi. F’dawk il-każijiet fejn it-talba għall-informazzjoni tista’ tiġi milqugħa, imma ma ntlaqgħatx fi żmien id-dati tal-għeluq speċifikati mill-Att, l-uffiċjal responsabbli għandu jirrinunzja kwalunkwe miżata applikabbli għas-sottomissjoni tal-informazzjoni

Aktar Informazzjoni

Aktar informazzjoni rigward l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni tista’ tinsab fuq foi.gov.mt. Formoli tal-Applikazzjoni u tal-Ilmenti jistgħu jinkisbu minn fuq dan is-sit.

Ħlas

Il-ħlas għandu jsir bi flus kontanti jew b’ċekk lil “Valletta Cultural Agency” fl-indirizz Exchange Buildings, Republic Street, Valletta, VLT 1117, waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju li ġejjin:

Settembru – Ġunju: 08:00 – 17.30
Lulju – Awwissu: 08:00 – 14.00
Jiem ta’ Shut Down: 26 ta’ Diċembru, 2 ta’ Jannar

Agħfas hawn biex taċċessa s-sit tal-MHAL dwar l-Att tal-Libertà tal-Informazzjoni.