• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
Photo Credits: Jonathan Borg

Ċinema fil-miftuħ għal 6 ijiem fil-Belt Valletta

Cinema City, l-avveniment annwali ta’ wiri ta’ films fil-miftuħ, se jirritorna bejn il-5 u l-10 ta’ Ġunju 2023 fi Ġnien Laparelli, il-Belt Valletta.

‼️ AVVIŻ DWAR IL-BILJETTI TA’ CINEMA CITY ‼️

Minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp, il-films li kellhom jintwerew ilejla, it-Tnejn 5 ta’ Ġunju (Inglourious Basterds) u għada t-Tlieta 6 ta’ Ġunju (The Book of Life), ser jiġu posposti għall-Ħadd u t-Tnejn li ġej.

Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent.

Il-films l-oħra kollha ser jintwerew kif kien skedat oriġinarjament. Segwu dan is-sit għal aktar aġġornamenti.

Jekk jogħġbok innota li m’hemmx aktar biljetti disponibbli għal dan l-aveniment.

*********************************************************************************************************************************

Cinema City, l-avveniment annwali ta’ wiri ta’ films fil-miftuħ, se jirritorna bejn is-7 u t-12 ta’ Ġunju 2023 fi Ġnien Laparelli, il-Belt Valletta. Dan ħabbru l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici meta kien qed iniedi dan l-avveniment li huwa mtella’ mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

“Dan l-avveniment jibni fuq l-impenn tagħna li niċċelebraw il-kultura fil-ġeneri diversi tagħha u nibqgħu nagħtu sostenn lill-artisti u, f’dan il-każ, lill-industrija tal-film. Kommessi li nkomplu nkabbru l-attivitajiet kulturali fil-Belt Kapitali u fid-diversi postijiet f’pajjiżna,” tenna l-Ministru Bonnici.

Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef qal li l-Aġenzija hija kommessa li tkompli bir-riġenerazzjoni ekonomika, soċjali u kulturali tal-Belt Valletta. Kompla li Cinema City, li huwa ċelebrazzjoni ta’ wiri ta’ films fil-miftuħ, inkluż produzzjonijiet Maltin, ikompli jibni fuq is-suċċess tal-Valletta Green Festival li sar ftit jiem ilu.

L-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Cinema City tinkludi temi varji li ġew magħżula minn voluntiera, fejn intalbu jaraw numru ta’ films li jaqgħu taħt ġeneri differenti u li minnhom ġew magħżula s-sitt films li se jintwerew. L-udjenza tista’ tgawdi dan il-wiri ta’ films fil-miftuħ, mingħajr ħlas.
Il-films se jintwerew fid-9pm skont l-iskeda li ġejja:

Skeda Aġġornata:

7 ta’ Ġunju – Blood on the Crown (12A)

8 ta’ Ġunju – Merjen (18)

9 ta’ Ġunju – Sideways (16)

10 ta’ Ġunju – Back to the Future (I volume) – (U)

11 ta’ Ġunju – The Book of Life (U)

12 ta’ Ġunju – Inglourious Basterds  –  (18)

Il-biljetti jistgħu jinkisbu mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, bil-preżentazzjoni tal-Karta tal-Identità. Il-postijiet huma limitati u fuq bażi ta’ first come, first served.  Għal aktar informazzjoni, ibgħat email lill-Aġenzija fuq info@vca.gov.mt jew żur vca.gov.mt.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo