• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
Photo Credits: Darren Agius

Il-projezzjonijiet tal-Milied jixegħlu Pjazza San Ġorġ

Illejla fil-Belt Valletta ġew mixgħula l-projezzjonijiet tal-Milied (Christmas projections) fuq il-faċċata tal-Palazz tal-President u l-faċċati l-oħra fi Pjazza San Ġorġ fejn għal darb’oħra qed tinħoloq atmosfera maġika tal-Milied fil-qalba tal-Belt Kapitali.

Komplew ukoll il-prestazzjonijiet mużikali wara li fit-22 ta’ Novembru ġew mixgħula d-dwal tal-Milied fit-toroq ewlenin u ingħata bidu għall-programm annwali Christmas in the City li ser iwassalna sal-24 ta’ Diċembru lejlet il-Milied u jagħlaq biċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-Ewwel tas-Sena. L-attivitajiet ta’ kuljum ta’ Christmas in the City jistiednu lil familji jingħaqdu magħna fil-Belt Valletta fejn qed jittellgħu ħafna attivitajiet għall-gosti ta’ kulħadd, fosthom attivitajiet varji li jinkludu baned żgħar, mużika, korijiet, puppet shows, buskers, arti performattiva, animators u crafts.

Il-projezzjonijiet ta’ Pjaza San Ġorġ kienu ferm mistennija u joffru attrazzjoni doppja għal dawk kollha li ser ikunu qed igawdu il-Milied fil-Belt Valletta.

Dettalji dwar iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejliet l-Ewwel tas-Sena li ser ikunu qed jitħabbru iktar dettalji dwarhom fil-ġranet li ġejjin.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo