L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tħeġġeġ lill-artisti bbażati f’Malta u dawk internazzjonali biex jissottomettu proposti għal sħubija fil-programm InnovAiR 2023 tal-Valletta Design Cluster Artist in Residence. Il-proposti sottomessi għal din is-sejħa, li hija miftuħa sa Diċembru 2023, għandhom jiffokaw fuq ir-riċerka, l-iskambju kreattiv u l-innovazzjoni, marbuta mat-temi tal-kultura urbana, is-sostenibbiltà u/jew l-azzjoni komunitarja.