start date December 18, 2020
map icon Il-Belt Valletta

Red Electrick in Concert outside Valletta’s Bibliotheca

18/12/2020
Pjazza Repubblika, taħt l-Arkati ħdejn il-Biblijoteka,Il-Belt Valletta

Red Electrick in Concert outside Valletta’s Bibliotheca

Dan l-avveniment ser jittella’ Pjazza Repubblika, taħt l-Arkati ħdejn il-Biblijoteka fil-Belt Valletta, il-Ġimgħa 18 ta’ Diċembru fis-7pm.

Dan huwa kunċert speċjali għar-Red Electrick u matulu ser tindaqq għall-ewwel darba d-diska tagħhom tal-Milied 2020 flimkien ma’ Luke Chappell.

Din hija inizjattiva oħra tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fl-aktar sena diffiċli għall-artisti.

Il-kanzunetta l-ġdida, Christmas Time With You, tistedinna nneħħu l-mezzi teknoloġiċi minn idejna u ngħaddu l-ħin ma’ dawk li nħobbu filwaqt li ngawdu l-ispirtu tal-familja. Hija titratta dwar il-fatt li aħna wisq kkunsmati mill-midja soċjali u x’inhuma jgħidu n-nies dwarna, li darba kultant tajjeb li niffukaw fuq u napprezzaw dak li għandna. Christmas Time With You hija miktuba minn Joe Roscoe u Luke Chappell, b’mużika ta’ Aleandro Spiteri Monsigneur, Joe Roscoe, Peter Borg u Ivan Borg. Il-kanzunetta għandha mixing u produzzjoni ta’ Peter Borg minn Railway Studios.

Bħala parti mill-kunċert ta’ 90 minuta, ir-Red Electrick se jdoqqu numru ta’ kanzunetti favoriti fosthom; Dive In, Young Again, Paul, The Runaway, G.o.r.g.e.o.u.s, New Day, Right Here u Who the Heck is Rek.

Minħabba l-miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ kontra l-Covid-19, il-postijiet għandhom jiġu riżervati b’email fuq info@vca.gov.mt. Il-bilijetti huma bla ħlas.

Żur [il-paġna ta’ Facebook](https://www.facebook.com/vallettaculturalagency) jew il-websajt tal-aġenzija (www.vca.gov.mt) għall-programm sħiħ.

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Venue Direction:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

Share on Social

Related Events

A scene from TISBIT, a dynamic percussion concert by The Clef House students, featuring a mix of percussionists, a rhythm section, and guest singers, under the direction of Michael Camilleri at Teatru Manoel.
Music

Tisbit

06/06/2025

Esperjenza r-ritmi innovattivi ta' TISBIT, kunċert dinamiku tal-perkussjoni

Tenors Alan Sciberras and Cliff Zammit Stevens perform opera at St George’s Square during Opera in the Capital.
Music

Opera in the Capital 2025

06/09/2025
Pjazza San Ġorġ, Valletta

Opera in the Capital għal darb’oħra jwiegħed prestazzjoni

A photo showing people enjoying the Valletta Local Food Festival at the Upper Barrakka Gardens, surrounded by stalls filled with local produce, artisanal food, and traditional Maltese flavours.
Festival

Valletta Local Food Festival

04/07/2025 - 06/07/2025
Il-Barrakka ta’ Fuq, Il-Belt Valletta

Issa fir-raba’ edizzjoni tiegħu, il-Valletta Local Food Festival