start date December 8, 2022
map icon Pjazza l-Assedju l-Kbir

Klinsmann & l-Band

08/12/2022
Pjazza l-Assedju l-Kbir,Pjazza l-Assedju l-Kbir

Klinsmann & l-Band

A photo showing the singer Klinsmann & his band

Din l-attività hija għal dawk li għandhom għal qalbhom il-mużika rock! Klinsmann and band se jkunu qed idoqqu u jkantaw kanzunetti rock klassi bħal dawk ta’ Bruce Springsteen, Bon Jovi, Queen, U2 u John Lennon, b’laqta tal-Milied.

Klinsmann huwa mużiċist, kantant u kittieb tal-mużika Malti. Hu beda l-karriera mużikali tiegħu fl-2000 fl-età ta’ 10 snin. Klinsmann huwa l-aktar magħruf għall-fatt li kien ipparteċipa fil-Eurovision Song Contest fl-2007 u rnexxielu jiġi fit-tielet post bil-kanzunetta “She Gives Me Wings”. Bejn l-2016 u l-2017 Klinsmann reġa’ pparteċipa fil-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta “Laserlight”.

Fl-2014 hu fforma l-Band ta’ Rock Alternattiv bl-isem ta’ “Planet Seed” u beda jikteb il-kreazzjonijiet mużikali tiegħu għall-banda. Bejn l-2014 u l-2015, Planet Seed ħarġet żewġ kanzunetti bl-isem ta’ “Want you To Know” u “Who We Are”. Aktar tard Klinsmann kiteb diska oħra għall-Band bl-isem ta’ “Follow Me”. Il-Band irnexxielha tkun mal-ewwel 10 f’Malta għal 4 ġimgħat u dan kien il-bidu għall-ewwel Tour ta’ Planet Seed. Hi għamlet prestazzjonijiet live f’Malta, fil-Polonja, fil-Ġermanja, fl-Ingliterra u fl-Italja għal udjenzi li jvarjaw minn 5,000 għal 15,000 persuna.

Din l-attività hija parti mill-Programm tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta: Christmas in the Capital.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Share on Social

Related Events

Christmas in the Capital 2025

25/11/2025 - 31/12/2025

Il-Belt Valletta timtela bl-ispirtu festiv hekk kif it-Tlieta

Black-and-white painting depicting a skeleton and leaping hounds in a dramatic, expressive style, part of Antony Catania’s Antler Cry exhibition.
Visual Arts

Antler Cry

01/12/2025 - 11/01/2026

L-Esibizzjoni Antler Cry tal-artist Malti Anthony Catania tikkonfronta

Close-up of hands making jewelry with pliers, holding a wire-wrapped stone pendant on a wooden table with tools, wire, and materials scattered around.
Design

FiftySix Design Talks: The Stories We Wear

29/10/2025
Valletta Design Cluster

X'jagħti t-tifsira lill-ġojjellerija? Huwa l-materjal, min jagħmel il-ġojjellerija,