• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]
Photo Credits: Photoscopo

Imħabbra dettalji tal-kunċert L-Aqwa 20 tal-Maltin u l-Valletta Green Festival 2026

Ġew imħabbra Żewġ avvenimenti ewlenin għall-Belt Valletta fl-2026: il-Valletta Green Festival, l-akbar edizzjoni tiegħu s'issa, u L-Aqwa 20 tal-Maltin, kunċert live li jiċċelebra l-aktar kanzunetti ikoniċi ta' Malta mill-1975 sal-2005, kif ivvota mill-pubbliku s-sena l-oħra.

Tħabbru uffiċjalment dettalji dwar żewġ avvenimenti ewlenin ta’ importanza nazzjonali fil-kalendarju kulturali tal-Belt Valletta, il-kunċert L-Aqwa 20 tal-Maltin u l-Valletta Green Festival 2026 li se jkun l-akbar darba minn kemm il-Valletta Green Festival ilu jkun organizzat mill-2014 l’hawn.

Attrazzjoni ġdida għall-Valletta Green Festival din is-sena se tkun installazzjoni kbira tal-fjuri fid-daħla tal-Belt Valletta u quddiem il-Parlament. Dan se jwitti t-triq għall-ġnien tal-ħolm fi Pjazza San Ġorġ, mit-30 ta’ April sal-10 ta’ Mejju 2026.

Il-kunċert mistenni L-Aqwa 20 tal-Maltin se jsir fi Pjazza San Ġorġ, fit-30 ta’ Mejju 2026. L-Aqwa 20 tal-Maltin jinkludi 20 kanzunetta kif ivvutati permezz tal-vot tal-pubbliku is-sena l-oħra u jkopri 20 kanzunetta Maltija kollha klassiċi tal-perjodu bejn l-1975 u l-2005.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal, “Dawn l-avvenimenti jkomplu jsaħħu l-ħajja kulturali fil-qalba tal-Belt Valletta u joffru spazju fejn il-komunità tista’ tiltaqa’, tgawdi u tapprezza kemm is-sbuħija naturali kif ukoll il-wirt mużikali tagħna. Il-Valletta Green Festival u L-Aqwa 20 tal-Maltin huma ċelebrazzjoni tal-identità Maltija li tgħaqqad lill-poplu tagħna.”

“Dawn iż-żewġ avvenimenti ewlenin fil-kalendarju kulturali tal-Belt Valletta jkomplu jenfasizzaw ir-rwol vitali tal-kultura għall-futur aktar sostenibbli. Huma joffru pjattaforma sinifikanti u li tistieden udjenzi wiesgħa, billi jiffokaw fuq dak li verament jimporta speċjalment l-ambjent tagħna u r-riġenerazzjoni sħiħa tal-ekonomija, is-soċjetà u l-identità kulturali tagħna,” qal Jason Micallef, Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Il-Valletta Green Festival 2026 se jerġa’ jitrasforma l-Belt Valletta fi ġnien ħaj. Magħruf għall-installazzjonijiet impressjonanti tiegħu u l-messaġġ ambjentali qawwi, il-festival se jiffoka fuq is-sostenibbiltà, it-tħaddir urban u l-involviment tal-komunità.

Dawk kollha li se jżuru l-Belt Valletta f’dawn il-ġranet se jesperjenzaw ġnien interattiv mill-isbaħ, bosta inizjattivi edukattivi, programm divers imfassal biex jinkoraġġixxi għajxien aħjar u l-EcoMarket ta’ kuljum tul Triq it-Teatru l-Qadim, li se jinkludi prodotti sostenibbli u magħmula lokalment. Se jkun hemm ukoll face painting u workshops għat-tfal b’xejn, fosthom arti biċ-ċagħaq u oġġetti riċiklati, fl-1, it-2, it-3, id-9 u l-10 ta’ Mejju, bejn il-11am u s-2pm. Il-programm ta’ din is-sena jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ Derek Garden Centre, ERA, Project Green, Ambjent Malta, Circular Economy Malta, Wasteserv.

Ġie ppreżentat ukoll il-kunċert L-Aqwa 20 tal-Maltin li jiċċelebra l-kanzunetti u l-artisti li sawru s-soundtrack kulturali tan-nazzjon. L-20 kanzunetta l-aktar popolari se jiġu interpretati live f’kunċert minn uħud mill-aktar kantanti lokali stabbiliti akkumpanjati minn orkestra taħt id-direzzjoni tal-Maestro Paul Abela. L-Aqwa 20 tal-Maltin tinkludi lineup straordinarju ta’ talent Malti fosthom Sarah Bonnici, Daniel Cauchi, Mike Spiteri, Mary Rose Mallia, Brooke, MARA, Fabrizio Faniello, Georgina, Gillian Attard, Ludwig Galea, Mark Spiteri Lucas, Priscilla Psaila, Ivan Grech, Hermann Bonaci, Mary Spiteri, Ryan Hili, Olivia Lewis u Klinsmann.

Iż-żewġ avvenimenti mistennija jattiraw udjenzi wiesgħa u jkomplu jistabbilixxu lill-Belt Valletta bħala ċentru għal inizjattivi kulturali u ambjentali.

Żur il-websajt tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u l-paġna ta’ Facebook għal aktar informazzjoni.

A photo showing Minister for Culture, Lands and Local Governemnt Owen Bonnici and Valletta Cultural Agency Chairman Jason Micallef addressing a press cnference together with Maestro Paul Abela, artist Henry Galea and collaborators  

 

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo