Tinteressak id-dinja tal-films? Tieħu gost tara films fil-beraħ? Minn dejjem xtaqt li tkun involut fl-għażla ta’ liema films għandhom jintwerew? Jekk iva, mela dan jista’ jkun il-proġett adattat għalik!

Immexxija mill-inizjattiva Be Spectactive (https://www.bespectactive.eu/) din is-sena, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tistieden lill-membri tal-udjenza sabiex ikollhom rwol attiv fl-ipprogrammar tal-avveniment ta’ wiri ta’ films, Cinema City. Kif? Għinna nagħżlu liema films se jintwerew!

Kif taħdem?

  • Il-parteċipanti se jiġu mistiedna għal jum ta’ orjentazzjoni[1] fil-Valletta Design Cluster fl-aħħar ta’ Jannar. Wara din il-laqgħa, se jkollhom sa bejn Frar 2023 u t-tmiem ta’ April 2023 biex jaraw il-films mill-kumdità ta’ darhom stess, bi ftit wirjiet speċjali jsiru fil-Valletta Design Cluster. Huma mbagħad se jiġu mistiedna jipparteċipaw f’laqgħat[2] mal-grupp, biex jirriduċu l-għażla għall-4 films li se jintwerew fl-avveniment pubbliku.

[1] It-tim jista’ jiltaqa’ l-VDC jew online. Huwa possibbli li jsiru ftit mit-tnejn.

[2] It-tim jista’ jiltaqa’ l-VDC jew online. Huwa possibbli li jsiru ftit mit-tnejn.

Min jista’ japplika?

Kull min ikun għalaq 18-il sena fiż-żmien tal-applikazzjoni.

Kull min għandu aċċess għall-internet u DVD jew Blu-Ray player.

Id-data tal-għeluq għas-sottomissjonijiet: It-Tnejn 16 ta’ Jannar 2023, fil-17:00 (ħin ta’ Malta). Applikazzjonijiet li jaslu tard mhux se jiġu kkunsidrati.

Tixtieq tkun taf aktar? Ibgħat email fuq ippartecipa@vca.gov.mt.

Qed infittxu grupp ta’ mhux aktar minn 20 persuna biex jissieħbu fit-tim u jgħinuna nagħżlu l-4 films li għandhom jintwerew f’Ġunju 2023. Din hija opportunità divertenti biex jinħolqu forom ġodda ta’ interazzjoni u jinħoloq spazju virtwali komdu ta’ djalogu dwar il-passjoni tiegħek għall-films.

 

DESKRIZZJONI TAL-PROĠETT

  • Fl-aħħar ta’ Jannar se ssir laqgħa ta’ orjentazzjoni fil-Valletta Design Cluster sabiex il-parteċipanti kollha jkunu jistgħu jiltaqgħu u jiddeċiedu kif l-aħjar jindirizzaw dan il-proġett. Il-laqgħa se tiddeskrivi wkoll kif għandu jinġabar il-feedback dwar kull film u kif dawn se jinqasmu bejn il-grupp.
  • Il-parteċipanti ta’ kull grupp se jintalbu jaraw numru ta’ films bejn Frar 2023 u April 2023 mill-kumdità tad-dar tagħhom stess, bi ftit wirjiet speċjali li se jintwerew fil-Valletta Design Cluster.
  • Fl-aħħar ta’ kull xahar, il-grupp ta’ parteċipanti se jiltaqgħu flimkien għal sessjoni onlajn ta’ 3 sigħat għal diskussjoni miftuħa dwar il-films li jkunu raw sakemm jintgħażlu erba’ films mil-lista inizjali.

 

IL-PARTEĊIPANTI, KIF SE JKUNU JISTGĦU JARAW IL-FILMS?

  • Il-biċċa l-kbira tal-films magħżula huma disponibbli fuq servizzi ta’ streaming popolari disponibbli f’Malta. Għalhekk, kull parteċipant se jiġi pprovdut b’abbonament temporanju għal servizz bħal dan biex ikun jista’ jara l-films imħallsa mill-VCA.

X’JIĠRI WAQT CINEMA CITY?

Cinema City se ssir fi Ġnien Laparelli f’Ġunju 2023. Din se tkun sensiela ta’ avvenimenti ta’ wiri ta’ films fil-beraħ li se jkunu bla ħlas għall-udjenzi. Il-postijiet bilqiegħda u l-aċċess ovvjament se jkunu qed jiddependu fuq ir-regolamenti fis-seħħ ta’ dak iż-żmien mid-Dipartiment tas-Saħħa.

Matul l-avvenimenti attwali tal-wiri tal-films, il-parteċipanti se jkollhom numru ta’ siġġijiet riżervati għalihom f’żona preferenzjali għal kull wirja, u se jiġu mistiedna jingħaqdu fit-tnedija tal-avveniment ma’ mistieden/mistiedna.

SKEDA TAŻ-ŻMIEN

PERJODU ĦIN ATTIVITÀ
Data ta’ skadenza għas-sottomossjoni fis-16 ta’ Jannar 2023 /
Mis-17  ta’ Jannar sat-23 ta’ Jannar 2023 / Notifika lill-applikanti magħżula
L-aħħar ta’ Jannar 2023 3 sigħat Laqgħa ta’ Orjentazzjoni fil-Valletta Design Cluster

 

Is-Sibt 18 ta’ Frar 2023 3 sigħat Sessjoni biex jiġu diskussi l-films li l-applikanti jkunu raw. It-tim jista’ jiltaqa’ l-VDC jew inkella onlajn. Huwa possibbli li jkun hemm ftit mit-tnejn.

 

Is-Sibt 18 ta’ Marzu March 2023 3 sigħat Sessjoni biex jiġu diskussi l-films li l-applikanti jkunu raw. It-tim jista’ jiltaqa’ l-VDC jew inkella onlajn. Huwa possibbli li jkun hemm ftit mit-tnejn.

 

Is-Sibt 29 ta’ April April 2023 3 sigħat Sessjoni finali sabiex jintgħażlu l-4 films. It-tim jista’ jiltaqa’ l-VDC jew inkella onlajn. Huwa possibbli li jkun hemm ftit mit-tnejn.

 

 

Bejn Marzu u April 2023 10 sigħat/15-il siegħa 4 wirjiet ta’ films fil-VDC (matul il-weekend, id-dati jridu jiġu kkonfermati)
Mill-5 sal-10 ta’ Ġunju 2023 CINEMA CITY