Skeda ta’ Żmien Uffiċjali – ECoC 2031
It-Tnejn 7 ta’ Ottubru 2024:
Pubblikazzjoni tas-sejħa (Ottubru – Diċembru 2024)
It-Tnejn 7 ta’ Ottubru 2024:
Pubblikazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura
It-Tnejn 28 ta’ Ottubru 2024:
Sessjoni ta’ informazzjoni bil-preżenza tas-CION
L-Erbgħa 30 ta’ April 2025:
Ħatra ta’ 2 membri tal-bord nazzjonali li se jingħaqdu ma’ 10 esperti maħtura mill-UE u korpi
It-Tnejn 25 ta’ Awwissu 2025:
L-ibliet kandidati għandhom jikkomunikaw bil-miktub lill-Awtorità Maniġerjali l-intenzjoni tagħhom li jissottomettu applikazzjoni
Il-Ġimgħa 26 ta’ Settembru 2025:
Skadenza tas-sejħa
Il-Ġimgħa 3 ta’ Ottubru 2025:
L-Awtorità Maniġerjali għandha twieġeb lill-ibliet kandidati biex tikkonferma li rċeviet l-applikazzjonijiet
It-Tnejn 27 ta’ Ottubru 2025:
Pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-esperti kollha tal-Bord ġimgħa qabel il-laqgħa ta’ qabel l-għażla fi stqarrija għall-istampa jew fuq is-sit web tal-Awtorità Maniġerjali
It-Tnejn 3 u t-Tlieta 4 ta’ Novembru 2025:
Laqgħa ta’ qabel l-għażla fil-Belt Valletta
L-Erbgħa 4 ta’ Novembru 2025:
Konferenza stampa wara l-laqgħa ta’ qabel l-għażla li matulha ċ-chairperson tal-bord se jiżvela l-lista ta’ bliet magħżula minn qabel rakkomandati mingħajr ma jagħti aktar spjegazzjonijiet
It-Tlieta 3 ta’ Diċembru 2025:
Il-bord se jibgħat ir-rapport ta’ qabel l-għażla lis-CION u lill-Awtorità Maniġerjali
It-Tnejn 31 ta’ Awwissu 2026:
Sottomissjoni tal-applikazzjoni riveduta
It-Tnejn 21 ta’ Settembru 2026 – Il-Ħamis 24 ta’ Settembru 2026:
Żjara fl-ibliet magħżula minn qabel u laqgħa tal-għażla finali fil-Belt Valletta, segwita minn Avveniment għall-Istampa u Stqarrija għall-Istampa biex tiġi żvelata l-belt rakkomandata li għandha tiġi ppubblikata fl-istess jum tal-laqgħa
Novembru 2026 – Jannar 2027:
Pubblikazzjoni tar-rapport finali tal-għażla fuq is-sit web tal-Awtorità Maniġerjali
Novembru 2026 – Jannar 2027:
Nominazzjoni formali tal-belt
Kmieni fl-2027:
Pubblikazzjoni tal-isem tal-bliet nominati mis-CION
Ottubru – Novembru 2027:
L-ewwel laqgħa ta’ monitoraġġ (li għandha tiġi mmaniġġjata mis-CION)
Ġunju 2029:
It-tieni laqgħa ta’ monitoraġġ (li għandha tiġi mmaniġġjata mis-CION)
Ottubru – Novembru 2030:
It-tielet laqgħa ta’ monitoraġġ (li għandha tiġi mmaniġġjata mis-CION)