Spazju għat-Trawwim u t-Tkabbir tal-Innovazzjoni
Idħol f’dinja ta’ innovazzjoni u ispirazzjoni fil-Valletta Design Cluster (VDC), fejn nistednuk tkun parti mill-programm Maker-in-Residence (MIR). Din l-opportunità unika hija mfassla għal disinjaturi u persuni kreattivi li qed ifittxu ambjent stimulanti biex irawmu l-ispirtu kreattiv tagħhom, jesploraw ideat ġodda, iwettqu r-riċerka tagħhom u jiżviluppaw proġetti innovattivi.
Il-programm joffri spazju tax-xogħol dedikat, mgħammar b’għodod u riżorsi avvanzati, biex jagħti l-ħajja lill-ideat kreattivi tiegħek. Imraħ fl-immaġinazzjoni tiegħek u esperimenta b’diversi tekniki, materjali u teknoloġiji biex issaħħaħ il-prattika tad-disinn tiegħek. Fi tmiem ir-residenza, aqsam il-proġett tiegħek ma’ udjenza usa’ permezz ta’ avveniment finali, taħdita, workshop jew wirja. Involvi ruħek ma’ oħrajn bħalek, professjonisti tal-industrija u l-pubbliku ġenerali, billi turi l-impatt tar-residenza tiegħek.
Skopri aktar dwar is-sejħa billi tniżżel dan il-fajl u kklikkja hawn biex tapplika.