• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Jiftaħ il-Valletta Green Festival 2022

Il-Valletta Green Festival – l-avveniment annwali sinonimu mal-kalendarju kulturali Malti – fetaħ dalgħodu u ser jibqa għaddej sa nhar il-Ħadd l-1 ta’ Mejju.

It-tema għall-edizzjoni ta’ din is-sena hija l-importanza tal-ispazji pubbliċi, il-protezzjoni tal-ħabitats naturali u l-effett li dan għandu fuq il-flora u l-fawna tal-gżejjer tagħna. L-attrazzjoni prinċipali tal-festival, l-infjorata, ġiet iddisinjata mid-Disinjatur Grafiku tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Clint Spiteri u tista titgawda fi Pjazza San Ġorġ. Aktar minn 50,000 pjanta li jinkludu l-ħwawar joħolqu din l-infiorata li titratta d-disinn ta’ żrinġ fi spazju ta’ 500 metru kwadru u hija intiża biex tqajjem kuxjenza dwar il-qerda tal-ħabitat taż-Żrinġ Malti (Painted Frog) li huwa l-uniku amfibju li għandna f’Malta.

Il-festival ta’ din is-sena ser jinkludi wkoll il-korsa ta’ ostakoli għall-klieb Ruff Mudder li se tiġi introdotta fi Ġnien Laparelli nhar it-30 ta’ April mill-10am sal-4pm. Wara l-inizjattiva tas-sena l-oħra, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta se tkompli bil-kontribut tagħha favur l-tħaddir urban u se tħalli warajha legat ta’ 15% ta’ diversi pjanti u siġar fi Triq il-Gendus u Triq San Karlu, il-Belt Valletta.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u l-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli kienu preżenti għall-ftuħ tal-Valletta Green Festival.

Il-Ministru Bonnici stqarr li “Sena wara l-oħra, il-Valletta Green Festival qed jibqa’ jzid fil-popolarità. Dan għaliex it-tema hija waħda ambjentali u għal qalb ħafna nies. Fil-fatt, il-prijorità ta’ dan il-Gvern hi li jkun hawn iżjed proġetti ambjentali u sostenibbli fiż-żoni urbani għall-benefiċċju taċ-ċittadini.”

Il-Ministru Bonnici sostna li “Attivitajiet bħal dawn jibqgħu jsaħħu l-aspetti artistiċi u kulturali filwaqt li jkomplu jibnu kollaborazzjonijiet ambjentali ma’ diversi entitajiet. Ser nibqgħu nsaħħu s-settur kulturali u kreattiv, kif ukoll nibqgħu bl-impenn dirett mal-pubbliku.”

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli ħeġġet lill-pubbliku biex jattendi l-festival u jgawdi l-ġmiel tal-infjorata u l-attivitajiet li qed jittellgħu. “Il-viżitaturi jistgħu jesperjenzaw ix-xogħol li jagħmlu entitajiet differenti għall-protezzjoni ambjentali u naturali filwaqt li jiksbu aktar informazzjoni dwar il-widien, il-biodiversità, l-ħabitats naturali u s-separazzjoni tal-iskart, fost oħrajn,” tenniet.

Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef innota li “Il-Valletta Green Festival huwa l-ewwel minn serje ta’ avvenimenti tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fil-miftuħ din ir-Rebbiegħa u jibqa’ għaddej sal-Ħadd l-1 ta’ Mejju. Dan il-festival juri biċ-ċar l-impenn tal-Aġenzija li toħloq kuxjenza dwar l-ambjent mhux biss fil-proġetti u l-binjiet tagħha, iżda lil ‘hinn”.

Il-festival ser jittella’ f’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u l-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, Water be the Change, Ambjent Malta, ERA, Wasteserv, Parks Malta u L-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo