• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

The Valletta Local Food Festival – ċelebrazzjoni tal-prodott tal-ikel u tax-xorb Malti

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda l-ewwel edizzjoni ta’ The Valletta Local Food Festival organizzata mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Il-Ministru Owen Bonnici qal li dan hu festival bi programm li fih varjetà ta’ prodotti lokali u jiċċelebra l-ġmiel tal-prodott lokali.

“Se nkomplu naħdmu biex dan il-festival ikun ta’ suċċess. L-għan ewlieni jibqa’ biex inrawmu fil-ħajja tan-nies il-kuxjenza u l-apprezzament għall-identità u l-kultura Maltija u li nħaddnu dak li jsawwarna”, sostna l-Ministru Owen Bonnici.

Id-Direttur Artistiku ta’ dan il-festival qal li b’kollaborazzjoni ma’ diversi chefs professjonali oħrajn inħoloq menu varjat bi prodotti lokali u li jolqot lil kulħadd. Charles Bone sostna wkoll li kull min se jattendi se jingħata sorpriża hekk kif jidħol.

Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef qal li dan il-festival se jkun parti oħra mill-kullana tal-legat tal-Valletta 2018 u stieden lill-poplu Malti u Għawdxi u anki lit-turisti sabiex jattendu għal dan il-festival u jiċċelebraw il-prodott tal-ikel u x-xorb Malti.

Dan il-festival se jkun maqsum fuq tlett ijiem, mill-20 sat-22 ta’ Ottubru mis-7:30 ta’ filgħaxija ‘l quddiem u l-għan tiegħu huwa li jservi bħala ċelebrazzjoni tal-prodott lokali. The Valletta Local Food Festival se jkun qiegħed isir fil-Valletta Design Cluster, li minn binja fi stat ta’ kważi abbandun illum saret binja tal-ogħla livell li tista’ titgawda minn kull min iżur il-belt kapitali.

Kull min se jattendi dan il-festival se jkollu l-opportunità li jduq ikel ta’ livell għoli msajjar minn chefs professjonali kif ukoll iduq inbid, birra, u liquors lokali, bil-partiċepazzjoni mużikali minn kantanti lokali stabbiliti.

Fost l-ikel li se jkun hemm waqt dan il-festival insibu l-majjal il-forn, roulade tat-tiġieġ bil-ħwawar, roulade tal-qargħa aħmar, kif ukoll bosta affarijiet oħra assoċjati ma’ Malta bħal imqaret, torti, krustini, għasel, qagħaq tal-għasel, u ġbejniet. Se jkun hemm ukoll inbid tal-ogħla kwalità kif ukoll birra maħduma hawn Malta.

Il-Valletta Local Food Festival huwa appoġġjat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Għal aktar informazzjoni dwar The Valletta Local Food Festival żur il-website jew [il-paġna ta’ Facebook](https://www.facebook.com/vallettaculturalagency) tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo