• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

The Valletta Design Cluster wins two prestigious Malta Planning Authority Awards

Aktar kmieni llum, il-Perit Vincent Cassar, ippreżenta uffiċjalment liċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef bil-plakek taż-żewġ unuri li l-Valletta Design Cluster rebaħ waqt l-MASP Awards, attività organizzata mill-Awtorità tal-Ippjanar. Dawn iż-żewġ unuri kienu għall-aqwa riġenerazzjoni fir-restawr u l-konservazzjoni, u għall-aqwa spazju aħdar pubbliku innovattiv.

Il-Valletta Design Cluster u l-ġnien ta’ fuq il-bejt ta’ din il-binja, li huma proġett tal-legat tal-Valletta 2018 il-Belt Kapitali Ewropea għall-Kultura li ġew uffiċjalment inawgurati aktar kmieni fis-sena 2021, jagħmlu parti mill-ispazju komunitarju għall-prattika kulturali u kreattiva li tinsab fil-Biċċerija l-Antika li ġiet restawrata fil-Belt Valletta, Malta. L-għan tal-Valletta Design Cluster huwa li jipprovdi spazju u opportunitajiet għall-operaturi kulturali u kreattivi ta’ Malta. Dan il-proġett li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, kien parzjalment iffinanzjat minn fondi Ewropej u b’kollox ġie jiswa €10.4 miljun.

Is-Sur Micallef irringrazzja lid-Direttorat għar-Restawr taħt id-direzzjoni tal-Perit Norbert Gatt, lill-Perit Amanda-Jane DeGiovanni, lill-Perit Ġappuniż Tetsuo Kondo, kif ukoll lill-kuntratturi u lil dawk kollha li ħadmu fuq dan il-proġett, li llum sar gawhra fin-naħa t’isfel tal-Belt Valletta. Is-Sur Jason Micallef tenna li llum dan il-post huwa xhieda ħajja tal-legat u s-sostenbilità tar-riġenerazzjoni ekonmika, soċjali u kulturali li ġabet magħha l-Valletta 2018.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo