• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

L-MPO u l-VCA joħorġu Vidjow Mużikali ddedikat lill-Pazjenti tal-COVID-19

L-Orkestra Filarmonika Nazzjonali (l-MPO), f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (il-VCA) u bl-appoġġ tal-Bank of Valletta (BOV), nediet vidjow mużikali għall-kanzunetta ‘Don’t Stop Believin’’, bis-sehem ta’ Matthew James Borg. Il-produzzjoni awdjoviżiva hija ddedikata lill-pazjenti li fiequ mill-COVID-19.

Din il-kanzunetta, oriġinarjament tal-grupp Journey, hija assoċjata ħafna mal-pandemija hekk kif sptarijiet madwar id-dinja daqqew din id-diska waqt li kienu qed jibagħtu lil dawk li fiequ lura lejn id-dar. Wara l-vidjows ‘Where the Streets Have No Name’ u ‘Valletta, A City Like No Other in the World’, dan il-vidjow għandu l-għan li jwassal messaġġ ta’ pożittività, ispirat mill-esperjenzi riċenti li kellhom persuni Maltin bil-Covid 19.

Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-MPO, Sigmund Mifsud, stqarr li l-proġett huwa partikolarment adattat fid-dawl tat-tneħħija tar-restrizzjonijiet. Hu qal li, “għandna ningħaqdu kollha flimkien u naħdmu lejn future aħjar, u dan jippermettilna negħlbu kwalunkwe xkiel”. Iċ-Ċermen irringrazzja lill-imsieħba tal-orkestra, li taw il-kontribut tagħhom lejn l-impenn kontinwu tal-MPO lejn l-arti u l-kultura.

Iċ-Ċermen tal-VCA, Jason Micallef, qal li “Waqt dawn iż-żminijiet diffiċli, xtaqna nwasslu messaġġ ta’ tama lil dawk li ġew affetwati l-aktar mill-Covid-19, li s-sitwazzjoni se tmur għall-aħjar. Aħna nemmnu f’dan il-messaġġ pożittiv hekk kif Malta qed timxi ‘l quddiem, grazzi għall-impenn tal-pubbliku u l-Awtoritajiet tas-Saħħa li rnexxielhom iżommu l-virus taħt kontroll, li wassal għal sitwazzjoni li issa hija stabbli.”

Il-proġett huwa serje ta’ inizjattivi ppreżentati bħala parti mill-Programm Online tal-MPO.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo