L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tistieden lill-pubbliku sabiex jipparteċipa fl-ewwel minn żewġ kunċerti speċjali kbar tal-kanzunetta Maltija. L-ewwel wieħed se jsir f’Mejju tas-sena d-dieħla fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta.
Il-pubbliku jista’ jagħmel dan billi jżur il-website www.aqwa20.com u jivvota għall-kanzunetta Maltija favorita tiegħu, miktuba u interpretata bil-Malti, li ħarġet bejn l-1975 u l-2005. L-aktar 20 kanzunetta popolari fost dawk li jivvutaw se jkunu interpretati live minn fost l-aqwa kantanti lokali stabbiliti akkumpanjati minn orkestra taħt id-direzzjoni tal-Maestro Paul Abela.
Il-pubbliku għandu ċans jivvota sat-30 ta’ Novembru 2025.
Għal aktar dettalji żur il-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.