Erba’ snin u aktar ta’ xogħol minn wara l-kwinti taħt l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta li wassal għall-ewwel fażi fl-għażla tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031. F’dan il-proċess ħadu sehem żewġ reġjuni, il-Kottonera u Għawdex. Il-panel ta’ esperti maħtura mill-Kummissjoni Ewropea għażlu lill-Belt Victoria. L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, filwaqt li tifraħ lir-reġjun t’Għawdex, se tkompli l-ħidma f’dan il-proċess sat-tieni nofs tas-sena d-dieħla, meta jiġi ffinalizzat il-proċess tal-għażla tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031.
