• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
Photo Credits: Jonathan Borg

Jitħabbar il-Valletta Green Festival 2023

Tħabbru d-dati tal-Valletta Green Festival 2023 li ser jittella' bejn it-3 ta’ Mejju u jibqa’ għaddej sas-7 ta’ Mejju.

Dalgħodu tħabbru d-dati tal-Valletta Green Festival għas-sena 2023 – l-avveniment annwali sinonimu mal-kalendarju kulturali Malti – dan se jkun qed jibda fit-3 ta’ Mejju u jibqa’ għaddej sas-7 ta’ Mejju.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u l-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli kienu preżenti għal din it-tnedija.

Il-Ministru Owen Bonnici qal li dan il-festival jippromwovi l-kuxjenza ambjentali u l-għajxien sostenibbli. Huwa enfasizza l-importanza ta’ festivals ta’ dan it-tip fejn il-pubbliku jingħata pjattaforma biex isegwi aktar mill-qrib inizjattivi ambjentali fi sfond kulturali.

“Huwa wkoll inkoraġġanti li naraw diversi stakeholders jipparteċipaw f’dan il-festival. Dan juri biċ-ċar l-importanza tal-kollaborazzjoni u l-involviment tal-komunità fil-qalba tal-belt kapitali tagħna,” qal il-Ministru Bonnici.

Il-Ministru Miriam Dalli qalet li permezz ta’ numru ta’ entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża se jkomplu jqajmu aktar kuxjenza fost in-nies dwar l-immaniġġjar tal-iskart, il-protezzjoni ambjentali, l-ispazji ħodor u l-konservazzjoni tar-riżorsi.

“Attivitajiet bħal dawn iservu ta’ pjattaforma biex nibagħtu messaġġ b’saħħtu favur l-ambjent, is-sostenibbiltà u noffru aktar informazzjoni dwar il-ħidma li qed titwettaq minn diversi entitajiet filwaqt li l-viżitaturi jkollhom iċ-ċans jitgħallmu aktar dwar prattiċi sostenibbli,” qalet il-Ministru Dalli.

Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef tenna li, “Il-Valletta Green Festival huwa wieħed mill-avvenimenti ewlenin fil-miftuħ tal-aġenzija. Dan il-festival juri biċ-ċar l-impenn tal-aġenzija li toħloq kuxjenza dwar l-ambjent mhux biss fil-proġetti u l-binjiet tagħha, iżda anke lil hinn.”

Din is-sena l-Valletta Green Festival se jinkludi ġnien fi Pjazza San Ġorġ li se joħloq vjaġġ maġiku f’waħda mill-akbar żoni miftuħa tal-belt kapitali. Se jkun hemm ukoll diversi stands fosthom minn Ambjent Malta, l-ERA, l-EWA (Water Be The Change), Project Green u l-Valletta Design Cluster. Fi Pjazza Tritoni se jkun hemm ir-Roadshow Truck tal-Wasteserv, filwaqt li fi Triq it-Teatru l-Antik se jkun hemm stands mill-ECO Market. F’diversi pjazez u postijiet pubbliċi madwar il-Belt se jkun hemm ukoll diversi prestazzjonijiet minn flash mob ta’ Dancel Dance Studio.

Għal aktar informazzjoni żuru l-paġna tal-attivitajiet jew il-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo