• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
Photo Credits: Jonathan Borg

Jirritorna Opera in the Capital – The Three Tenors

Tlieta mill-aqwa tenuri Maltin tal-ġenerazzjoni tagħhom, Alan Sciberras, Cliff Zammit Stevens u Nico Darmanin se jkunu qed jieħdu sehem fil-kunċert Opera in the Capital – The Three Tenors.

Tlieta mill-aqwa tenuri Maltin tal-ġenerazzjoni tagħhom, Alan Sciberras, Cliff Zammit Stevens u Nico Darmanin se jkunu qed jieħdu sehem fil-kunċert Opera in the Capital – The Three Tenors.

Dan il-kunċert, taħt id-direzzjoni mużikali tal-Maestro Michael Laus u l-Maestro Ryan Paul Abela, se jkun qed jittella’ nhar l-Erbgħa 28 ta’ Ġunju fi Pjazza San Ġorġ, fid-9pm. Biljetti minn fuq showshappening.com.

Dan ġie mħabbar mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien maċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta Jason Micallef u l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta Catherine Tabone.

Il-Ministru Bonnici esprima s-sodisfazzjoni tiegħu dwar ir-ritorn ta’ dan il-kunċert fil-Belt Valletta, filwaqt li enfasizza li hemm stennija mill-pubbliku għal dan l-avveniment. Huwa ddeskriva dan il-kunċert bħala ċelebrazzjoni mill-isbaħ tal-ħila vokali u l-eċċellenza mużikali, filwaqt li nnota li l-wirjiet mogħtija minn dawn it-tenuri huma rinomati għall-kapaċità tagħhom.

Il-Ministru Bonnici saħaq li dan l-avveniment mhux biss joffri lejla ta’ divertiment ta’ klassi dinjija iżda wkoll jagħti ġieħ lill-wirt kulturali għani ta’ Malta. “Meta nospitaw spettaklu daqshekk prestiġjuż, ir-reputazzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni ewlenija għall-mużika u l-arti tkompli tissaħħaħ,” temm jgħid il-Ministru Bonnici.

Iċ-Chairman Jason Micallef qal, “Dan il-kunċert huwa wieħed fost il-ħafna avvenimenti ta’ kwalità għolja li l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ttella’ sena wara l-oħra, fil-qalba tal-Belt Kapitali tagħna. Filwaqt li niċċelebraw is-sbuħija ta’ din il-belt, b’dan il-kunċert qegħdin ukoll inwieġbu għad-domanda tant kbira li hawn għal avvenimenti fil-miftuħ.” Is-Sur Micallef ħabbar ukoll li din is-sena mat-tliet tenuri se tkun qed tingħaqad ukoll il-kantanta Maltija Chiara.

Il-Kap Eżekuttiv Catherine Tabone qalet, “Dan l-avveniment mhux biss se jipprovdi lejla pjaċevoli fejn il-pubbliku se jkun jista’ jesperjenza mill-qrib l-opra iżda se jservi wkoll bħala pjattaforma importanti għat-talent lokali. It-tenuri ta’ dan il-kunċert, ilkoll kemm huma bil-karatteristiċi vokali differenti tagħhom, jirrappreżentaw dak li jista’ jinkiseb permezz tat-talent, ta’ xogħol iebes u ta’ impenn liema bħalu. Inħarsu ’l quddiem sabiex naraw Pjazza San Ġorġ ippakkjata bin-nies jitpaxxew bl-ilħna ta’ dawn it-tenuri.”

Opera in the Capital – The Three Tenors se tkun lejla mżewqa b’melodiji klassiċi u operistiċi famużi mad-dinja kollha. Dan huwa t-tielet kunċert ta’ din is-serje, li sena wara l-oħra baqa’ jikseb suċċess. Ir-repertorju li ser ikantaw it-tenuri huwa wieħed mill-iżjed melodiku u jinkludi ħafna kanzunetti magħrufa.

Għal aktar informazzjoni żur il-paġna ta’ Facebook tal-aġenzija u s-sit vca.gov.mt.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo