• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Jirritorna l-kunċert fil-miftuħ Opera in the Capital

Jirritorna l-kunċert spettakolari Opera in the Capital fi Pjazza San Ġorġ, fis-6 ta' Settembru. Jieħdu sehem it-tenuri magħrufa Alan Sciberras u Cliff Zammit Stevens, flimkien mal-kantanta versatili Nadine Axisa u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, taħt id-direzzjoni ta’ Ryan Paul Abela.

Nhar is-Sibt 6 ta’ Settembru, jirritorna Opera in the Capital — kunċert spettakolari fl-apert fi Pjazza San Ġorġ, li jwiegħed serata ta’ mużika li tgħaqqad flimkien l-opra, soundtracks ta’ films, teatru mużikali, u aktar.

Jieħdu sehem it-tenuri magħrufa Alan Sciberras u Cliff Zammit Stevens, flimkien mal-artista versatili Nadine Axisa. Il-prestazzjonijiet tagħhom se jingħataw il-ħajja mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, taħt id-direzzjoni ta’ Ryan Paul Abela.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal, “Opera in the Capital hija ċelebrazzjoni tal-arti tal-mużika u tal-wirt kulturali uniku tal-Belt Valletta. Dan l-avveniment se joffri esperjenza mużikali mill-isbaħ permezz ta’ siltiet operistiċi magħżula, li se jinstemgħu fl-isfond sabiħ u storiku tal-arkitettura tal-Belt. Lejla bħal din tkompli tagħti ħajja lill-Belt bħala ċentru kulturali.”

Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef flimkien mal-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, ħabbru dan l-avveniment fi Pjazza San Ġorġ, fil-Belt Valletta, waqt konferenza stampa dalgħodu.

Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta Jason Micallef qal, “Opera in the Capital 2025 jimmarka l-ħames edizzjoni ta’ din is-sensiela ta’ kunċerti tant maħbuba, wara s-suċċess notevoli tas-snin imgħoddija. Huwa wieħed mill-ħafna avvenimenti ta’ kwalità għolja li l-VCA ġġib fil-qalba tal-Belt Valletta — ċelebrazzjoni tas-sbuħija tal-belt u tweġiba għad-domanda dejjem tikber għal esperjenzi kulturali fil-beraħ. B’postijiet limitati disponibbli, inħeġġeġ lill-pubbliku biex jiżgura postu kmieni.”

Opera in the Capital hija aktar minn kunċert — hija ċelebrazzjoni ta’ vuċijiet b’saħħithom u mużika li tolqot ġenerazzjonijiet differenti.

Il-programm jiċċelebra mużika minn ġeneri differenti — minn kapolavuri operistiċi bħal Nessun Dorma, Ah! Lève-Toi Soleil, u Kuda Kuda, għal klassiċi ikoniċi tal-films bħal Sè (Cinema Paradiso) u Parla Più Piano (The Godfather). Jinkludi wkoll siltiet favoriti tat-teatru mużikali inklużi Come What May (Moulin Rouge) u New York, New York, flimkien ma’ suċċessi popolari bħal Caruso u Quando Quando.

Aqra aktar jew segwi l-paġna tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fuq Facebook. Il-biljetti huma limitati — ibbukkja issa fuq showshappening.com.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo