• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
Photo Credits: Josmar Muscat

Il-Kunċert Popolari Opera in the Capital jirritorna f’Awwissu

Il-kunċert popolari Opera in the Capital iwiegħed lejla sajfija mill-isbaħ ta’ siltiet operistiċi u oħrajn aktar leġġeri, li jiċċelebraw l-elementi maestużi tal-vuċi umana - l-attrazzjoni ewlenija ta’ din is-serata.

Il-kunċert popolari Opera in the Capital jirritorna fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta fit-30 ta’ Awwissu, fid-9pm. Dan l-avveniment iwiegħed lejla sajfija mill-isbaħ ta’ siltiet operistiċi u oħrajn aktar leġġeri, li jiċċelebraw l-elementi maestużi tal-vuċi umana – l-attrazzjoni ewlenija ta’ din is-serata.

It-tenuri Alan Sciberras, Cliff Zammit Stevens u s-sopran Nadia Vella huma s-solisti tal-lejla u ser ikunu akkumpanjati mill-Malta Philharmonic Orchestra taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Maestro Michael Laus.

Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn showshappening.com

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal kif dan l-avveniment għandu l-għan li jittrasporta l-udjenza permezz tal-qawwa tal-vuċi, fl-isfond stupend tal-arkitettura storika tal-Belt Valletta. Opera in the Capital jiċċelebra kemm l-arti tal-mużika kif ukoll il-wirt kulturali uniku tal-Belt Valletta.

Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef, tenna, “L-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Opera in the Capital tara lis-sopran ta’ stoffa Nadia Vella tingħaqad mat-tenuri Alan Sciberras u Cliff Zammit Stevens f’avveniment ieħor ta’ kwalità għolja mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Wara s-suċċess tal-Valletta Pageant of the Seas f’Ġunju, qed nippreżentaw avveniment ieħor fil-miftuħ mill-aqwa filwaqt li niċċelebraw is-sbuħija tal-kapitali.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Catherine Tabone, enfasizzat, “Opera in the Capital mhux biss kunċert; huwa esperjenza mfassla biex tilħaq kemm lid-dilettanti tal-opra kif ukoll oħrajn li mhumiex daqshekk midħla fil-qasam, filwaqt li tiċċelebra l-lingwa universali tal-mużika fil-qalba tal-Belt Valletta. Ninsab kburija li qed nippreżentaw programm daqshekk divers f’post ikoniku – Pjazza San Ġorġ.”

Fost is-siltiet magħzula hemm l-arja mimlija emozzjoni La fleur que tu m’avais jetée mill-opra Carmen ta’ Bizet u È la solita storia del pastore minn L’Arlesiana ta’ Cilea li jikkuntrastaw bil-kbir mad-drammatiċità ta’ Donna non vidi mai minn Manon Lescaut ta’ Puccini.

Għal aktar informazzjoni żur il-paġna tal-Avvenimenti u l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo