• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Il-kummiedja ta’ Yasmina Reza, Arti, il-Belt Valletta dan ix-xahar

Arti hija d-debutt tal-adattament bil-Malti tal-kummiedja rebbieħa ta’ diversi premjijiet ART ta’ Yasmina Reza, li titratta l-mistoqsija “X’inhi eżattament l-Arti?”.

Id-debutt bil-Malti tal-kummiedja rebbieħa ta’ diversi premjijiet ART ta’ Yasmina Reza, ser titella’ fi Splendid, Strada Stretta, il-Belt Valletta, bejn il-21 u t-23 u mit-28 sat-30 ta’April 2023, fis-7.30pm. Din hija produzzjoni oħra tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta bħala parti mill-programm kuturali għal Strada Stretta.  Bi traduzzjoni għall-Malti u direzzjoni ta’ Albert Marshall, u bis-sehem ta’ Mikhail Basmadjian, Sean Buhagiar u Ray Calleja, din il-kummiedja għat-teatru titratta l-mistoqsija “X’inhi eżattament l-Arti?”.

Minkejja dan, Arti mhix biss xogħol dwar l-arti, imma, essenzjalment, kummentarju ‘erudit’ dwar id-dinamika ta’ ħbiberija bejn tliet irġiel li r-relazzjoni interpersonali tagħhom tiġi sfidata minn kif jirrelataw ma’ biċċa tila bajda – biċċa arti astratta monokromatika – li wieħed minnhom (Serge), jixtri għall-prezz ta’ €200,000.

Arti ttellgħet għall-ewwel darba f’Pariġi fl-1994, propju 29 sena ilu, u għadha tittella’ b’suċċess sal-lum. Din hija l-ewwel darba li qed titella’ bil-Malti f’Malta.

Ixtri l-biljetti tiegħak

Għal aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u l-Programm Kulturali żur  vca.gov.mt/mt/events u l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo