• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Iktar minn 50,000 ruħ jingħaqdu fil-Belt Valletta

Eluf ta' nies ilbieraħ ingħaqdu flimkien jiċċelebraw il-bidu tas-sena 2023 fil-Belt Valletta, f'atmosfera mill-aqwa fil-Kapitali.

Eluf ta’ nies ilbieraħ ingħaqdu flimkien jiċċelebraw il-bidu tas-sena 2023 fil-Belt Valletta, f’atmosfera mill-aqwa fil-Kapitali ta’ Malta.

Wara nuqqas ta’ sentejn ta’ attivitajiet għall-massa, in-numru ta’ Maltin u turisti fil-Belt Valletta lbieraħ kompla jikber meta kkumparat mas-snin ta’ qabel il-pandemija.

Huwa stmat li aktar minn 50,000 persuna attendew għaċ-ċelebrazzjonijiet fil-Belt Valletta.

L-avveniment nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena, li ttella’ live minn Pjazza San Ġorġ, bis-sehem ta’ numru kbir ta’ kantanti u mużiċisti Maltin, għalaq xahar sħiħ ta’ attivitajiet organizzati mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta bħala parti mill-Programm Christmas in the Capital.

Il-lejla bdiet b’mużika minn Kurt Calleja, segwit mill-mistiedna speċjali The Brass House Unit taħt it-tmexxija ta’ Kevin Abela, u minn diversi kantanti lokali stabbiliti fosthom Aidan Drakard, Amanda Marie, Brooke, Gloriana Arpa Belli, Jasmine, Kevin Paul Calleja, Ludwig Galea, Owen Luellen, Ozzy Lino, Pawlu Borg Bonaci u Tiziana Calleja. Ħadu sehem ukoll DJ Debrii u DJ Drey. Is-serata ġiet ippreżentata minn Ron Briffa, Taryn Mamo Cefai, Claire Agius Ordway u Clint Bajada.

Iċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena ġew organizzati minn G7 permezz ta’ Ftehim ta’ Sħubija għall-Avvenimenti u Inizjattivi fuq Skala Kbira mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali l-Arti u l-Gvern Lokali. ​​

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo