• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Serata Speċjali tal-Milied b’mużika Swing fit-Teatru Manoel

It-Teatru Manoel qed jipproduċi Serata Speċjali tal-Milied bis-sehem ta’ wieħed mill-aqwa tenuri Maltin Nico Darmanin, taħt direzzjoni mużikali ta’ Kris Spiteri. B’kollaborazzjoni bejn it-Teatru Manoel, il-Fondazzjoni Temi Zammit u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, din is-serata speċjali tal-Milied tinkludi wkoll il-vuċijiet superlatttivi ta’ Jasmine Abela, Nadine Axisa u Nikki Vella, flimkien ma’ Adrian Brincat ir-Russu u […]

It-Teatru Manoel qed jipproduċi Serata Speċjali tal-Milied bis-sehem ta’ wieħed mill-aqwa tenuri Maltin Nico Darmanin, taħt direzzjoni mużikali ta’ Kris Spiteri.

B’kollaborazzjoni bejn it-Teatru Manoel, il-Fondazzjoni Temi Zammit u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, din is-serata speċjali tal-Milied tinkludi wkoll il-vuċijiet superlatttivi ta’ Jasmine Abela, Nadine Axisa u Nikki Vella, flimkien ma’ Adrian Brincat ir-Russu u t-Trio ta’ Kris Spiteri b’Alex Debono fuq il-perkussjoni, Simon Sammut fuq il-kuntrabaxx u Kris Spiteri fuq il-pjanu.

Din is-serata speċjali tal-Milied tiprometti serata ta’ ċelebrazzjoni, mużika rilassanti, u vuċijiet spettakolari. Dawn is-serati lajv ser jittellgħu fit-Teatru Manoel fid-29 u fit-30 ta’ Diċembru fit-8pm u fil 31st Diċembru fit-3pm. Ser ikun hemm ukoll xandira ta’ dan il-kunċert fl-Ewwel tas-Sena, fuq TVM, fil-4.45pm b’repetizzjoni fuq TVM 2 fit-2 ta’ Jannar fid-9pm.

Il-bilijetti jinxtraw għall prezz ta’ €20 u €15 għall-anzjani u studenti u l-booking isir fuq [teatrumanoel.com.mt](www.teatrumanoel.com.mt).

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo