• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Jibda l-programm “Christmas in the City”

Illum iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef u l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera taw bidu għall-programm ta’ attivitajiet fil-Belt Valletta fil-ġranet ta’ qabel il-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Dawn l-attivitajiet se jkunu qed isiru mit-22 ta’ Novembru sal-31 ta’ Diċembru.

Fost l-avvenimenti ewlenin se jkun hemm id-dwal tal-Milied fi Triq ir-Repubblika, Triq Merkanti, u Triq l-Arċisqof; is-siġar tal-Milied fi Pjazza Ħelsien, Triq ir-Repubblika, Triq Merkanti u Triq in-Nofsinhar; il-Presepju fi Pjazza San Ġwann u mużika fit-toroq li bdew mil-lum. Filwaqt li se jkun hemm projezzjonijiet fuq il-faċċata tal-Palazz tal-Granmastru, Eżibizzjonijiet teatrali, puppet shows, Blind Date with a Book u ħafna aktar mill-1 ta’ Diċembru ‘il quddiem.

Il-programm Christmas in the City jingħalaq bil-kbir lejlet l-ewwel tas-sena bi spettaklu mill-kantant Ingliż ta’ fama internazzjonali John Newman. Newman huwa magħruf għal diversi kanzunetti popolari fosthom “Feel the Love”, “Not Giving In”, “Love Me Again”, “Fire in Me” u “Feelings”, u se jkun akkumpanjat minn diversi artisti lokali oħra.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo