• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Bibi … and Bibi Bibi … and Bibi Bibi Bibi

Bħala parti mill-programm kulturali għall-2022 tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, The Strada Stretta Concept ser jippreżenta programm li jiċċelebra l-familja magħrufa bil-laqam ta’ ‘Bibi’.

Dan l-avveniment bit-titlu *Bibi … and Bibi Bibi … and Bibi Bibi Bibi*, li jifforma parti mill-programm ta’ The Strada Stretta Concept taħt id-direzzjoni artistika ta’ Giuseppe Schembri Bonaci, ser isir fl-20 ta’ Jannar 2022. Il-prestazzjoni tibda fit-20.00 f’The Splendid fi Strada Stretta, il-Belt Valletta.

Il-laqam ‘Bibi’ mhuwiex biss dak ta’ familja, iżda wieħed li jirrappreżenta wirt mużikali ta’ għexieren ta’ snin. *Bibi … and Bibi Bibi … and Bibi Bibi Bibi *jgħaqqad it-talenti tal-aħwa Joe u Pawlu, flimkien ma’ iben Joe, Gilbert. Il-familja, li l-għeruq tagħha huma mill-Belt Valletta, tirrikonoxxi li l-wirt mużikali tagħha ġej minn missierhom u n-nannu tagħhom li kienu jdoqqu fi Strada Stretta fl-aqwa tagħha. It-trio se jkun qed jesegwixxi kanzunetti klassiċi bi strumenti li jvarjaw mill-perkussjoni sal-pjanu u l-armonika. Dawn is-siltiet klassiċi, li ġejjin mis-snin 50 u 60, oriġinarjament indaqqu minn missier Joe u Pawlu, li taw lill-familja l-laqam inizjali tagħha u taw bidu lill-wirt mużikali tagħhom.

Id-dħul huwa b’xejn, iżda important li ssir prenotazzjoni. Jekk jogħġbok ibbukkja post billi tikkuntattja lil info@vca.gov.mt jew iċċempel fuq +356 2124 2018. Jekk jogħġbok innota li minħabba s-sitwazzjoni attwali, dawk kollha li jattendu għandhom ikunu mlaqqma għal kollox u għandhom jilbsu maskra u jżommu d-distanza soċjali l-ħin kollu. Iċ-ċertifikati tat-tilqim jiġu skennjati mad-dħul. Aktar tagħrif dwar l-avveniment jista’ jinstab fuq il-paġni ta’ The Strada Stretta Concept u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fuq Facebook.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo