• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
Photo Credits: Jonathan Borg Zigli

Beltin – Rigal mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta lill-Kapitali tagħna

Illum, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, nediet kanzunetta ddedikata lill-Beltin u lil dak kollu li hu Belti.

Din il-kanzunetta bl-isem ta’ Beltin, ġiet miktuba minn George Peresso, b’kompożizzjoni ta’ Ludwig Galea u b’arranġament mużikali ta’ Sean Vella, hija kantata minn Mary Spiteri u Ludwig Galea.

Beltin hija riflessjoni tal-pjan u l-ħajja storika tal-Belt Valletta. Din il-kanzunetta fil-fatt titkellem dwar il-kobor ta’ din il-belt unika, li ġiet imfassla mill-Gran Mastru Jean Parisot De Valette u hija sit ta’ wirt dinji tal-UNESCO u nbiet taħt l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Beltin titkellem fost l-oħrajn dwar l-aspetti ewlenin li jsawruha u anki dwar it-tiġrif tal-Belt Valletta fit-Tieni Gwerra Dinjija u r-reżistenza u l-perseveranza tagħha.

Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef qal li Beltin hija tislima u apprezzament għan-nies kollha li sawru din il-Belt. Beltin hija riflessjoni tal-karattru, tal-kulur, tal-entużjażmu u tal-enerġija tan-nies tagħha kemm tal-bieraħ kif ukoll tal-lum. Wara kollox, huma ċ-ċittadini Beltin li żammewha ħajja tul dawn is-snin kollha. Jason Micallef għalaq billi tenna li Beltin hija rigal mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta lill-Beltin u hija kanzunetta li se tibqa’ assoċjata mal-Belt Valletta għaliex fiha hemm mistura l-aspetti kollha li jagħmluha unika.

Tista’ tisma’ din il-kanzunetta u tara anki l-filmat tagħha fuq vca.gov.mt u fuq il-[paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta](https://www.facebook.com/vallettaculturalagency).

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo