• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Battibekki Kontra Dante

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għal darb’oħra se tkun qed tiċċelebra s-700 ċentinarju ta’ Dante Alighieri permezz ta’ prestazzjoni folkloristika Maltija bl-isem ta’ Battibekki Kontra Dante. L-avveniment, li jifforma parti minn Strada Stretta Concept taħt id-direzzjoni artistika ta’ Giuseppe Schembri Bonaci, se jkun qed isir il-Ħamis 22 ta’ Lulju fit-8:00pm f’The Splendid, Strada Stretta, il-Belt Valletta.

Il-prestazzjoni, li qed tiġi organizzata b’kollaborazzjoni mas-Società Dante Alighieri, se tkun qed tikkonsisti minn approċċ transdixxiplinarju li jgħaqqad il-mużika tat-trovatur interpretata mill-għannejja, ma’ waħda mill-iktar biċċiet importanti tal-letteratura li qatt inkitbu, “La Divina Commedia” ta’ Dante. Bit-twaħħid ta’ dawn iż-żewġ dinjiet artistiċi differenti, Battibekki Kontra Dante timmira li tgħaqqad dawn il-kulturi f’viżjoni waħda ħolisitika, li hija approċċ integrali għall-viżjoni tad-direttur artistiku, Giuseppe Schembri Bonaci.

Il-prestazzjoni se tingħata minn grupp magħruf sew ta’ għannejja, li jikkonsisti minn Joe Grech ‘ta’ Raħal Ġdid’, Anġlu Theuma ‘il-Kina’, Mikiel Cumbo, magħruf iktar bħala ‘L-Iżgej’, kif ukoll Johnny Saliba ta’ Birżebbuġa. Il-grupp, li huwa kkoordinat mill-organizzatur u mill-maniġer tal-palk Noel D’Amato, se jkun akkumpanjat mill-attriċi lokali, għalliema u kantanta tal-folklor Yvette Grech Buhagiar. Din hija okkażjoni oħra fejn il-grupp qed jipparteċipa f’The Strada Stretta Concept, li fih diġà ħa sehem Imnalla fl-aħħar ħriġna (2020), Dido (2018), Turandot (2017) u ‘Carmen’ ta’ Bizet (2016). L-oriġinalità ta’ dan l-avveniment tikkonsisti fil-manifestazzjoni tar-relazzjoni eċċitanti ‘mimlija tensjoni’ li Dante kellu mal-ħbieb kontemporanji trovaturi tiegħu. F’Battibekki Kontra Dante, l-għana Maltija se tkun qed tivvendika ruħha minn Dante.

B’din il-prestazzjoni, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta se tkun qed tipparteċipa b’mod dirett fil-kommemorazzjoni internazzjonali ta’ dan l-anniversarju importanti permezz ta’ The Strada Stretta Concept. Id-dħul huwa b’xejn iżda huwa importanti li wieħed jibbukkja. Jekk jogħġbok irreserva postok billi tagħmel kuntatt fuq info@vca.gov.mt jew iċċempel fuq +356 2124 2018. Minħabba s-sitwazzjoni preżenti dawk kollha li jattendu jridu jkunu vvaċċintati kompletament, iridu jilbsu maskra u jżommu d-distanza soċjali matul il-prestazzjoni kollha. Iċ-ċertifikati tal-vaċċin se jiġu skenjati mad-dħul. Għal aktar informazzjoni fuq l-avveniment idħol fuq il-paġni ta’ Facebook ta’ [The Strada Stretta Concept](https://www.facebook.com/thestradastrettaconcept) u tal-[Valletta Cultural Agency](https://www.facebook.com/vallettaculturalagency).

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo