• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Studenti tal-arti jibbenefikaw minn ftehim bejn il-VCA u l-MAVC

Ġie ffirmat Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli (MACV) u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA).

L-MoU jiffoka speċifikament fuq li jitħeġġeġ u jitrawwem spirtu kollaborattiv bejn l-Iskola Maltija tal-Arti u l-Iskola tal-Arti Viżwali u Performattiva ta’ Għawdex, li t-tnejn jifformaw parti mill-Kulleġġ MAV u l-Valletta Design Cluster, fi ħdan il-VCA.

Dan l-MOU għandu l-għan li jappoġġja sinerġija eqreb bejn l-edukazzjoni tal-arti u l-industrija kreattiva f’Malta billi jiġu pprovduti iżjed opportunitajiet u aċċess għal studenti żgħażagħ biex jitgħallmu permezz ta’ approċċi bbażati fuq il-prattika u li jippromwovi kontinwità mis-snin bikrin tagħhom tal-edukazzjoni artistika sad-dimensjoni professjonali tal-kreattività.

“Dan il-ftehim se jagħti l-opportunità lill-istudenti tal-Arti li jattendu skejjel tal-Kulleġġ MAC u membri u kommunitajiet tal-prattika tal-VDC biex ikollhom aċċess għall-ispazju u l-faċilitajiet offruti miż-żewġ entitajiet, sabiex jiġi appoġġjat l-iżvilupp kreattiv u professjonali ta’ kull membru, kemm jekk għadu student kif ukoll jekk huwa prattikant stabbilit,” qal il-Kap tan-Network tal-Kulleġġ, Victor Galea.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Catherine Tabone spjegat li “Dan l-MoU se jippermetti iżjed l-iżvilupp u t-tisħiħ ta’ programm iċċentrat fuq il-komunità, u wkoll jagħmilha iżjed faċli biex issir kollaborazzjoni fuq proġetti u inizjattivi konġunti li jirriflettu l-għanijiet u l-valuri kemm tal-Kulleġġ, kif ukoll tal-Valletta-Design Cluster.

Il-binjiet tal-Iskola Maltija għall-Arti u l-Valletta Design Cluster jinsabu ħdejn xulxin, u t-tnejn li huma għaddew minn proċess intensiv ta’ restawr u rinnovar f’dawn l-aħħar snin.

L-MoU ġie ffirmat mis-Sa Catherine Tabone, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u mis-Sur Victor Galea, il-Kap tan-Network tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo