Issa fil-ħames edizzjoni tiegħu, il-Valletta Local Food Festival ikompli jibni fuq is-suċċess tas-snin ta’ qabel, billi jiċċelebra l-wirt kulinari għani Malti. Il-festival se jkun qed jittella’ għal darb’oħra f’kollaborazzjoni mal-Malta Food Agency fi Pjazza San Ġorġ, u se joffri xelta ta’ prodotti lokali u togħmiet tradizzjonali, billi jlaqqa’ flimkien koki, artiġjani tal-ikel, u produtturi ta’ firxa wiesgħa ta’ oġġetti kulinari inkluż ġobnijiet, chutneys, pasti, ħelu, delicatessen, u xorb, filwaqt li jerġa’ jagħti l-ħajja lill-prodotti bażiċi mill-passat biex nippreservaw il-wirt kulinari tagħna.