start date April 25, 2025
map icon Valletta

Valletta Green Festival

25/04/2025 - 04/05/2025
Pjazza San Ġorg,Valletta

Valletta Green Festival

A photo showing people relaxing at the Valletta Green Festival

Il-Valletta Green Festival jittrasforma l-qalba tal-Kapitali bi ġnien fantastiku maġiku. Filwaqt li jippromwovi l-importanza tal-kuxjenza ambjentali, dan l-avveniment jiġbor flimkien komunità impenjata għas-sostenibbiltà.

Pjazza San Ġorġ ser tiġi trasformata b’installazzjoni ta’ ġnien tal-ħolm b’siġar kbar, mijiet ta’ arbuxelli, u eluf ta’ fjuri ta’ kull għamla u kulur, mdawra b’funtani tal-ilma u mogħdijiet maħsuba għall-mixi u r-rilassament.

L-edizzjoni ta’ din is-sena tinkludi wkoll bosta stands iffukati fuq l-edukazzjoni u l-għarfien ambjentali, workshops kreattivi għat-tfal, l-Eco-Market bi prodotti artiġjanali lokali, animazzjoni, mużika, u aktar.

🌿 X’għandek tistenna?

🌸 Pjazza San Ġorġ

Installazzjoni tal-ġnien tal-ħolm b’siġar kbar, mijiet ta’ arbuxelli, u eluf ta’ fjuri mdawwra b’żewġ funtani tal-ilma

Stands mill- ERA, Project Green, Ambjent Malta, Circular Economy Malta u aktar

Attivitajiet għall-familja kollha fosthom taħwil, logħob, rigali u kabina minn fejn tieħu r-ritratti

🎨 Triq it-Teatru l-Antik

EcoMarket bi prodotti sostenibbli

Face painting b’xejn għat-tfal (Il-Ħadd 27 ta’ April, il-Ħamis l-1 ta’ Mejju, Is-Sibt 3 ta’ Mejju u l-Ħadd 4 ta’ Mejju bejn il-11am–2pm)

Workshops għat-Tfal (Il-Ħadd 27 ta’ April, il-Ħamis l-1 ta’ Mejju, Is-Sibt 3 ta’ Mejju u l-Ħadd 4 ta’ Mejju bejn il-11am–2pm).

🎷 Divertiment madwar il-Belt

Karattri bħal Timon & Pumbaa, Donald & Daisy nhar il-Ġimgħa 25 ta’ April u nhar il-Ħadd 27 ta’ April mill-10am – 12pm

Prestazzjonijiet minn Tikka Banda l-Erbgħa 30 ta’ April u l-Ħamis l-1 ta’ Mejju mill-11am sas-1pm filwaqt li r-ritmi vibranti ta’ Trakadum ser joffru wkoll spettaklu s-Sibt 3 ta’ Mejju mill-11am – 12.30pm.

🚛 Pjazza Tritoni

Attivitajiet biex jitqajjem l-għarfien mill-Wasteserv u l-MEEE Mobile Unit

🕒 Attivitajiet ta ‘kuljum: Il-biċċa l-kbira tal-avvenimenti jittellgħu mill-10am sas-6pm.

Ingħaqad magħna hekk kif inbiddlu l-Belt Valletta f’waħda favur l-ambjent filwaqt li niċċelebraw il-kreattività, is-sostenibbiltà, u l-azzjoni komunitarja.

Valletta Green Festival 2025 Programme
Valletta Green Festival 2025 Programme

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Venue Direction:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

360° Live Tour:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

Share on Social

Related Events

A photo showing acclaimend Maltese tenors Alan Sciberras and Cliff Zammit Stevens, vocalist Nadine Axisa and music director Ryan Paul Abela
Music

Opera in the Capital 2025

06/09/2025
Pjazza San Ġorġ, Valletta

Opera in the Capital għal darb’oħra jwiegħed prestazzjoni