start date September 14, 2024
map icon

Tinkering Days

14/09/2024
Valletta Design Cluster

Tinkering Days

Ingħaqad magħna għall-ewwel edizzjoni tat-Tinkering Days tal-Valletta Design Cluster – vetrina lokali tad-disinn u x-xogħol tal-idejn!

Ispirat mill-Moviment ta’ persuni kreattivi li jaħdmu bl-idejn magħrufa bħala ‘makers’ madwar id-dinja, dan l-avveniment eċċitanti jiċċelebra l-għerf u l-passjoni ta’ inventuri lokali, disinjaturi, u dilettanti ta’ kull età.

Tinkering Days -Programme

X’għandek tistenna:

Vetrina ta’ Talent Lokali: Esplora kreazzjonijiet inkredibbli minn artisti lokali bħal Denis Orlov, li l-pitturi tad-dawl tiegħu jużaw ħġieġ speċjali biex joħolqu kompożizzjonijiet multi-dimensjonali ta’ dwal. Wieħed jista’ jammira wkoll l-iskulturi tal-filugranu ta’ Mark Borg, li jħalltu s-sengħa tradizzjonali Maltija mal-innovazzjoni moderna.

Attivitajiet Interattivi: Involvie ruħek f’workshops u demos prattiċi, fosthom:

Magni Rube Goldberg għat-Tfal: Ibni r-reazzjonijiet katina tiegħek u l-magni li jiċċaqilqu.

LEGO Robotics: Oħloq u pprogramma r-robots tiegħek stess.

Ħoss Interattiv: Esplora s-sinteżi tal-awdjo f’ħin reali ma’ Beluga Corp.

Żona għat-Tfal: Gawdu minn xogħol tal-injam, qtugħ bil-lejżer, l-elettronika, u r-robotika ma’ Headstart.

Rakkmu: Tgħallem tekniki tar-rakkmu bil-magni flimkien ma’ The Secret Rose.

 

Kun parti minn Komunità: Iltaqa’ ma’ persuni bl-istess interessi tiegħak, ibni relazzjonijiet ġodda, aqsam l-ideat, u kun parti minn kollaborazzjonijiet ġodda. Skopri proġetti innovattivi u kun ispirat minn taħdidiet u preżentazzjonijiet interattivi.

Tgħallem & Kun Ispirat: Attendi workshops fuq kif taħmi l-ħobż u tagħmel il-butir ma’ Mark Camilleri, tgħallem dwar il-fuħħar ma’ Marica Lewis, u sir af aktar dwar l-arti sostenibbli ta’ Anton Abela.

 

Dan l-avveniment huwa perfett għal:

Inventuri u imħuħ kurjużi ta’ kull età – tfal, studenti, u adulti!

Kull min għandu passjoni għad-DIY, ix-xogħol bl-idejn, u l-esplorazzjoni kreattiva.

 

Ingħaqad magħna nhar is-Sibt, 14 ta’ Settembru mill-10:00am sas-6:00pm fil-Valletta Design Cluster.

Titlifx din iċ-ċans li tesplora l-kreattivita’ tiegħak!

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

360° Live Tour:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

Share on Social

Related Events

Tenors Alan Sciberras and Cliff Zammit Stevens perform opera at St George’s Square during Opera in the Capital.
Music

Opera in the Capital 2025

06/09/2025
Pjazza San Ġorġ, Valletta

Opera in the Capital għal darb’oħra jwiegħed prestazzjoni