Avveniment tal-Għeluq tar-Residenza tal-Artisti ta’ Spazju Kreattiv
Ingħaqad magħna nhar l-Erbgħa 25 ta’ Frar 2026 fis-6:30 PM għall-Avveniment tal-Għeluq tar-Residenza tal-Artisti ta’ Spazju Kreattiv, Sapces and Memories. Matulha l-artisti Thaís dos Santos Silva u Ludi Adelino Djama ser jaqsmu informazzjoni dwar ix-xogħol ta’ matul ir-residenza tagħhom fil-Valletta Design Cluster.
Stenna djalogu interessanti li jirrifletti fuq il-prattika kreattiva kollaborattiva, in-narrattivi tal-komunità, u kif il-memorja, l-identità u l-ispazju urban jintrabtu flimkien fl-espressjoni artistika.
Ingħaqad magħna biex tieħu sehem f’konverżazzjoni li tgħaqqad l-arti, l-istorja u l-komunità.