Ingħaqad magħna fit-18 ta’ Frar mis-6:00pm sas-7:00pm fil-Valletta Design Cluster għal sessjoni ta’ informazzjoni minn Tamara Schembri, il-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali ta’ Horizon Europe, li se tippreżenta l-aħħar opportunitajiet fl-oqsma tal-kultura, il-kreattività, u s-soċjetà inklussiva, l-EIT Culture and Creativity KIC reċenti kif ukoll l-inizjattivi li jaqgħu taħt il-proġett il-ġdid ta’ Bauhaus Europe.
Dan l-avveniment joffri ċans uniku biex jiġu esplorati possibbiltajiet ta’ finanzjament, proġetti kollaborattivi, u żviluppi avvanzati li jgħaqqdu l-arti, is-soċjetà, u s-sostenibbiltà. Il-parteċipanti se jiksbu dettalji siewja dwar kif jinvolvu ruħhom fl-inizjattivi ta’ Horizon Europe u jikkontribwixxu għat-tiswir ta’ futur aktar kreattiv, inklużiv, u sostenibbli.
Dan l-avveniment huwa ko-organizzat mill-Valletta Design Cluster, Xjenza Malta u l-MEIA.