start date November 29, 2022
map icon Il-Belt Valletta

IT’S ALL PAPERWORK

29/11/2022 - 11/12/2022
10:30 AM to 4:30 PM
Fil-Binja tal-Parlament,Il-Belt Valletta

IT’S ALL PAPERWORK

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta  ser ittella’ l-esibizzjoni “It’s All Paperwork” ta’ Antoine Farrugia.

Ix-xogħlijiet f’din l-esibizzjoni ser ikunu qed juru trasformazzjoni artistika tal-ġebla Maltija, f’mod li wieħed jista’ kważi jarahom bħala folji.

F’din l-esibizzjoni wieħed mhux se jkun qiegħed jara xogħol magħmul bil-karti iżda minflok se jkun qed jara skulturi fuq ġebla tal-franka li tant huwa maħdum b’reqqa u bi preċiżjoni li mal-ewwel daqqa t’għajn jagħti l-impressjoni li x-xogħol bil-karti. Għalhekk, it-terminu ‘trompe l’oeil’ li normalment jintuża biex jiddeskrivi pitturi li tant huma realistiċi li kapaċi li jqarrqu b’dak li jkun, huwa adattat ħafna għal din l-esibizzjoni.

Dan huwa xhieda tat-talent straordinarju tal-artist Antoine Farrugia. Farrugia huwa mill-Imqabba u kif kulħadd jaf apparti l-logħob tan-nar, il-franka hija xi ħaġa importanti ħafna għal dan ir-raħal, l-aktar minħabba l-istorja ta’ xogħol fil-barrieri f’dawn l-inħawi. Fil-fatt missier Antoine u anki membri oħra fil-familja tiegħu kienu jaħdmu fil-barrieri. Dan il-fattur għen ħafna sabiex irawwem f’Antoine mħabba lejn il-ġebla tal-franka.

Għalkemm l-imħabba lejn l-arti bdiet minn età żgħira, Farrugia beda jagħmel xogħol tal-iskultura wara li kien għalaq it-tletin u t-talent tiegħu kompla jevolvi bi gwida minn Anton Grech, meta beda t-taħriġ formali fl-iskola tal-arti fejn hemm kiseb ukoll diploma.

Ir-riċerka u x-xogħlijiet fuq din it-tema tax-xogħlijiet hekk imsejħa “karti” bdew madwar ħames snin ilu u issa Farrugia ħerqan li jesibixxi x-xogħol artistiku oriġinali tiegħu wara tant ħidma, f’din l-esibizzjoni prestiġjuża.

Din l-esibizzjoni se tkun qed issir taħt il-patroċinju tal-Onor. Anġlu Farrugia M.P. Speaker tal-Parlament ta’ Malta.

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Venue Direction:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

Share on Social

Related Events

A photo showing a group of people at the Valletta Local Food Festival
Festival

Valletta Local Food Festival 2026

03/07/2026 - 05/07/2026
Pjazza San Ġorġ, Il-Belt Valletta

Issa fil-ħames edizzjoni tiegħu, il-Valletta Local Food Festival

A photo showing the crowd and fireworks during New Year's Eve celebrations in St George's Square, Valletta
New Yar's Eve

Iċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena

31/12/2026
Pjazza San Ġorġ

Temm is-sena bil-kbir biċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel

A close-up from a paiting by Paul Camilleri in yellows and blues
Christmas

Christmas in the Capital 2026

25/11/2026 - 31/12/2026
Madwar il-Belt Valletta

Christmas in the Capital jittrasforma l-qalba tal-kapitali b’dawl