start date December 31, 2025
map icon Il-Belt Valletta

Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena

31/12/2025
10:00 PM to 12:00 AM
Pjazza San Ġorġ,Il-Belt Valletta

Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena

An image showing a star design with the text 2026 NYE Valletta

Iċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena jirritornaw fil-Belt Valletta, u jwiegħdu lejl spettakolari ta’ mużika, divertiment, u logħob tan-nar. Pjazza San Ġorġ se terġa’ issir il-qalba tal-avveniment, li ser jittella’ bis-sehem tal-aqwa talent lokali ewlieni flimkien ma’ artisti internazzjonali, filwaqt li l-Port il-Kbir se titella’ wirja maestuża ta’ logħob tan-nar.

Organizzati mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta b’kollaborazzjoni ma’ G7 Events, il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, iċ-ċelebrazzjonijiet se jkunu ppreżentati minn Jamie Cardona u Taryn Mamo Cefai.

Is-serata tibda bil-kantant Malti tant maħbub Glen Vella u l-band tiegħu, u jkun segwit minn The Palace String Orchestra, bis-sehem ta’ uħud mill-aqwa artisti Maltin fosthom Aidan Drakard, Denise, Gaia, Karin Duff, Keith Zammit Mintoff u Klinsmann, f’sensiela ta’ kanzunetti klassiċi u kollaborazzjonijiet uniċi.

Hekk kif joqrob il-countdown, id-DJs Denzel Jo Armani u Wayne se jkomplu jqajmu l-atmosfera bl-aqwa siltiet dance tal-2025, imsaħħa b’effetti tal-palk impressjonanti u logħob tan-nar imxandar dirett fuq l-istazzjonijiet tat-TV lokali.

Iċ-ċelebrazzjonijiet jilħqu l-quċċata tagħhom mat-tokki ta’ nofsillejl, b’kunċert speċjali live mill-istilla internazzjonali John Newman. Magħruf għas-suċċess globali tiegħu “Love Me Again” u kollaborazzjonijiet ma’ produtturi taż-żfin bħal Calvin Harris (“Blame”).

Il-lejla se tintemm b’sett mill-aqwa minn-DJ Gabii, li jiżgura li ċ-ċelebrazzjonijiet jintemmu b’mod spettakolari.

L-ispettaklu tal-logħob tan-nar fil-Port il-Kbir se jkun l-akbar wieħed s’issa grazzi għall-kollaborazzjoni mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta.

Iċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena fil-Belt Valletta huma organizzati minn G7 Events u appoġġjati mill-Ftehim ta’ Sħubija għal Avvenimenti u Inizjattivi fuq Skala Kbira pprovdut mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali. Dan l-avveniment huwa appoġġjat ukoll mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta.

#visitmalta #exploremalta

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Venue Direction:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

360° Live Tour:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

Share on Social