Se titella serata ta’ mużika sagra mtella’ mill-kor rinomat Cappella Musicale Caeciliana fl-Oratorju tal-Knisja tal-Ġiżwiti, fi Triq l-Arċisqof, il-Belt Valletta. Dan il-kunċert joffri mument ta’ serenità u kontemplazzjoni, u jistieden lill-udjenzi biex jirriflettu fuq l-ispirtu veru tal-Milied.
Ir-repertorju tal-Cappella Musicale Caeciliana jgħaqqad il-mużika sagra klassika ma’ għanjiet tradizzjonali tal-Milied, u joffri opportunità bla paragun għall-udjenzi biex jesperjenzaw wieħed mill-aqwa korijiet Maltin tal-mużika sagra f’ambjent intimu u storiku.
Il-Cappella Musicale Caeciliana se tippreżenta programm rikk li jinkludi xogħlijiet ta’ Bach, Mozart, Handel, u Praetorius, flimkien ma’ siltiet Maltin li m’għandhom bżonn l-ebda introduzzjoni bħal Ninni la Tibkix Iżjed u O Ġesù Ħelwa Tarbija. Il-kunċert jilħaq il-qofol tiegħu b’għanjiet tal-Milied maħbuba bħal Hark! The Herald Angels Sing u Adeste Fideles.
Dan il-kunċert huwa organizzat bħala parti minn Christmas in the Capital