start date November 29, 2025
map icon Il-Belt Valletta

Antler Cry

29/11/2025 - 11/01/2026
Gran Salon, Mużew tal-Arkeoloġija,Il-Belt Valletta

Antler Cry

Black-and-white painting depicting a skeleton and leaping hounds in a dramatic, expressive style, part of Antony Catania’s Antler Cry exhibition.

Ingħaqad magħna għat-tours tal-exhibizzjoni li matulhom tista’ tiltaqa’ mal-Artist Anthony Catania u l-Kuratur Dr Jean Pierre Magro fis-6 u t-13 ta’ Diċembru u fis-7 ta’ Jannar fil-11am.

L-Esibizzjoni Antler Cry tal-artist Malti Anthony Catania tikkonfronta b’intensità bla kompromessi l-istorja mitoloġika Griega ta’ Actaeon. Il-wirja, li ttella’ fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta, tesplora l-konfini bejn il-viżjoni u l-konsegwenza, billi tuża l-mit (li fih kaċċatur jara dak li ma kellux jara), bħala lenti biex teżamina l-perċezzjoni umana, it-trasformazzjoni, u l-prezz li wieħed iħallas meta iħares mill-qrib wisq.

L-istorja ta’ Actaeon titratta dwar kaċċatur li bi żball waqt li kien qiegħed jikkaċċja, lemaħ ’l alla Artemis waqt li kienet qed tinħasel. Meta ratu, Artemis b’korla kbira bidlet lil Actaeon f’ċerv li ftit wara spiċċa ġie maqtul mill-klieb tiegħu stess.

L-arti tiegħu ma tistax issejħilha kalma jew dekorattiva – hija arti vjolenti, emozzjonali u mimlija enerġija. Permezz ta’ kuluri skuri u forom ħorox, Catania jesplora xi jfisser li verament tara, li ssofri u li tiffaċċja veritajiet skomdi.

Biex tifhem l-arti tiegħu trid tifhem il-pajjiż li ispirah: Malta – Art Twelidu. Gżira msawra mix-xemx u l-assedji, pajsaġġ ta’ fortizzi magħmulin mill-franka u knejjes barokki fejn is-sagru u l-profan ilhom jgħixu flimkien għal sekli sħaħ. Il-pitturi ta’ Catania jirriflettu proprju din it-tensjoni.

L-esibizzjoni tiegħu tibda bil-mod permezz tal-pittura Whispers in the Ashen Thicket. Hawnhekk wieħed jilmaħ figura ta’ kelb li qed jixrob minn għadira ilma. It-tensjoni minn hawnhekk tkompli tikber sakemm fl-aħħar nilħqu dik li tista’ ssejħilha l-qofol ta’ din l-esibizzjoni: Il-pittura Antlered Transfiguration Under Death’s Gaze. F’din il-pittura kbira u dominanti li quddiemha tħossok imċekken u kkunsmat, issib jirrenja sens ta’ kaos – raġel isir ċerv u l-forma u l-kuluri jingħaqdu f’moviment wieħed vjolenti.

F’dinja fejn il-ħin kollu naraw b’mod passiv mijiet ta’ ritratti u stampi fuq il-mobile, Antler Cry iġġiegħlna nieqfu u niffaċċjaw x’hemm taħt is-superfiċji.

Ħinijiet tad-dħul: 9:00 AM – 5:00 PM kuljum. Il-mużew ser ikun magħluq fil-ġranet li ġejjin: 19, 24, 25, 31 ta’ Diċembru u l-1 ta’ Jannar.

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Venue Direction:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

360° Live Tour:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

Share on Social

Related Events

A photo showing a child playing with a purple slime creation
Christmas Creativity

Gootopia Children’s Workshop

20/12/2025
Valletta Design Cluster

Irriserva l-postijiet tagħkom għall-Workshop tat-Tfal Gootopia li jistieden

A photo showing choristers and musicians from Cappella Musicale Caeciliana
Christmas

Carols in the Capital

23/12/2025
Oratorju tal-Knisja tal-Ġiżwiti, Triq l-Arċisqof il-Belt Valletta

Se titella serata ta’ mużika sagra mtella’ mill-kor

An image showing a star design with the text 2026 NYE Valletta
Valletta NYE

Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena

31/12/2025
Pjazza San Ġorġ, Il-Belt Valletta

Iċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena jirritornaw fil-Belt