The Strada Stretta Concept se jkun qiegħed itemm is-serje ta’ avvenimenti ta’ din is-sena b’Kabarè tal-Milied ma’ Heidegger.
Il-kantant magħruf Klinsmann ser ikun qed jagħti prestazzjoni flimkien mal-grupp mużikali tiegħu bħala ġparti mill-programm tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Christmas in the City.
Dawk li se jgħaddu minn din il-pjazza se jsibu ruħhom imdawrin b’atmosfera maġika mimlija bi projezzjonijiet ikkuluriti u mużika fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta.
Tikka Banda twaqqfet fl-aħħar tal-2013, oriġinarjament banda b’6 membri li joffri togħma mill-Festa tradizzjonali Maltija matul is-sena kollha, imma ovvjament b’laqta moderna.
Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, l-inizjattiva “Ittanta Ktieb” se tkun qed terġa’ tirritorna f’diversi dati.
Il-Big Friends Guggen Musik Band hija Organizzazzjoni Volontarja li tattira kemm mużiċisti u żeffiena kif ukoll il-pubbliku inġenerali biex ikunu parteċipi f’diversi avvenimenti matul is-sena.
A Night for Music with John Lundgren żżewweġ il-vuċi b’saħħitha ta’ John Lundgren u t-teknika mużikali tal-pjanista Sofia Narmania fi vjaġġ mużikali permezz tax-xogħlijiet tal-kompożituri kbar tal-epoki klassiċi u romantiċi…
Gawdu s-Siġra tal-Milied fi Pjazza Ħelsien, quddiem il-Parlament kif ukoll siġar oħra fi Triq ir-Repubblika u Triq il-Merkanti. Id-dwal tal-Milied ser ikunu fi Triq ir-Repubblika, Triq il-Merkanti u Triq l-Arċisqof,…
Morru lura fis-snin 20 waqt Capitol Cinema – Vintage Reels fis-26 u s-27 ta’ Novembru fil-Bibliotheca, Pjazza Repubblika, Valletta.