L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta stiednet lill-pubbliku biex jivvota għall-kanzunetta Maltija favorita tagħhom, miktuba u interpretata bil-Malti u li ħarġet bejn l-1975 u l-2005. L-20 kanzunetta l-aktar popolari se jiġu interpretati live f’kunċert minn uħud mill-aktar kantanti lokali stabbiliti akkumpanjati minn orkestra taħt id-direzzjoni tal-Maestro Paul Abela.
L-Aqwa 20 tal-Maltin jinkludi lineup straordinarju ta’ talent Malti fosthom:
Sarah Bonnici, Daniel Cauchi, Mike Spiteri, Mary Rose Mallia, Brooke, MARA, Fabrizio Faniello, Georgina, Gillian Attard, Ludwig Galea, Mark Spiteri Lucas, Priscilla Psaila, Ivan Grech, Hermann Bonaci, Mary Spiteri, Ryan Hili, Olivia Lewis u Klinsmann.