start date May 10, 2025
map icon

Tinkering Day

10/05/2025
Valletta Design Cluster

Tinkering Day

An image showing one of the stands during Tinkering Days

Ingħaqad magħna għat-tieni edizzjoni ta’ Tinkering Day, attività ispirata mill-Moviment globali Maker. Dan l-avveniment eċċitanti jiċċelebra l-għerf u l-passjoni ta’ inventuri lokali ta’ kull età u dawk li joħolqu oġġetti bl-idejn. Skopri kreazzjonijiet inkredibbli minn artisti li jħalltu s-sengħa tradizzjonali Maltija mal-innovazzjoni moderna, u involvi ruħek f’workshops interattivi, attivitajiet prattiċi, u taħditiet ta’ ispirazzjoni li juru l-kreattività fil-komunità tagħna.

Repair Café

Tista wkoll tingħaqad mat-tim tagħna ta’ voluntiera fir-Repair Café, fejn tista’ taqsam il-ħiliet tiegħek, tispira lil ħaddieħor, u tgħin biex iżżomm l-avveniment ħaj!

Qegħdin infittxu persuni prattiċi, li jsolvu l-problemi, u li jgħinu biex l-oġġetti miksura jerġgħu jieħdu l-ħajja. Bħala voluntier waqt Tinkering Day, int ser taħdem flimkien ma’ dawk li jfasslu l-istess ħsieb, tiggwida lill-parteċipanti f’tekniki ta’ tiswija, u tikkontribwixxi għal komunità li tgħożż is-sostenibbiltà u s-sengħa.

Irreġistra llum u kun parti minn xi ħaġa tassew hands-on!

Għandek xi ħaġa miksura li ma tixtieqx tarmi? Ingħaqad magħna fir-Repair Café fejn il-voluntiera tagħna jgħinuk tirranġa l-oġġetti tiegħek u tagħtihom it-tieni ħajja. Minn apparat żgħir tad-dar għal ġugarelli, ħwejjeġ, jew għodda – jekk ikun miksur u tista ġġorru, aħna nirranġawh.

Irreġistra hawn biex tingħaqad magħna

Kompetizzjoni tad-Disinn għad-dilettanti tad-3D

Il-Kompetizzjoni tad-Disinn għad-dilettanti tad-3D immexxija minn Invent 3D, li qed tiġi organizzata wkoll bħala parti minn Tinkering Day, tistieden lill-imħuħ kreattivi biex jieħdu waħda minn tliet sfidi divertenti u jiddisinjaw oġġett stampabbli 3D li jsolvi problema komuni ta’ kuljum. Kemm jekk huwa gadget tad-dar, aċċessorju tal-logħob, jew soluzzjoni sempliċi għal xi problema ta’ kuljum, din il-kompetizzjoni hija kollha dwar il-kreattività prattika. Il-parteċipanti huma mitluba jissottomettu fajl mudell 3D (.STL) flimkien ma’ deskrizzjoni qasira li tispjega kif id-disinn tagħhom jagħmel il-ħajja aktar faċli. Is-Sottomissjonijiet kollha għandhom ikunu adattati għall-istampar FDM li huma faċli biex tipprintja. L-aqwa ħames disinji rebbieħa se jirċievu kull wieħed verżjoni stampata 3D tal-oġġett tagħhom, bil-kortesija ta’ Invent 3D, u se jintgħażlu abbażi tal-kreattività, il-prattiċità u l-istampabbiltà.

Ibgħat id-disinn tiegħek sa nofs il-lejl tat-Tnejn 5 ta’ Mejju fuq vdc@vca.gov.mt u agħti l-ħajja lill-idea tiegħek!

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

360° Live Tour:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

Share on Social